Quddiesa fiċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu
Il-Ħadd, 4 ta’ Novembru, fl-4.00pm ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Matul ix-xahar ta’ Novembru, iċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ jkun miftuħ kuljum bejn is-7.00am u t-3.30pm.
Adorazzjoni
Infakkru li kull nhar ta’ Ħamis, fil-Knisja Arċipretali, ikun hawn adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fis-6.00pm qabel il-quddiesa.
Talb għall-Vokazzjonijiet
Is-Sibt 11 ta’ Novembru jkun hemm laqgħa ta’ talb għall-Vokazzjonijiet fis-Seminarju Tal-Virtù, ir-Rabat. Ikun hemm quddiesa u adorazzjoni. Qed jiġi organizzat transport li jitlaq fil-5.00pm minn ħdejn il-Posta. Min jixtieq jattendi jista’ jinkiteb fis-sagristija jew ikellem lil Carmen Cilia.
Festa San Martin
Nhar il-Ħadd li ġej, 12 ta’ Novembru, fil-quddiesa tad-9.30am niċċelebraw il-festa ta’ San Martin. Inħeġġu lill-familji bit-tfal biex jattendu. Nistiednu lit-tfal biex iġibu magħhom għotjiet tal-ikel biex jingħataw lill-Patrijiet Franġiskani tal-Belt li jipprovdu ikel kuljum lill-ħafna persuni fil-bżonn permezz tas-soup kitchen. Fl-10.00am issir quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Sant’Andrija u wara jsir it-tberik tal-oqbra.
Intenzjonijiet tal-Quddies
Dawk li jixtiequ jiktbu l-intenzjonijiet tal-quddies għax-xhur ta’ bejn Jannar u Ġunju, huma mitluba jidħlu fis-sagristija u jkellmu lil xi ħadd mis-saċerdoti.
Oratorio Filippu t’Aġġira
Il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru, fit-8.00pm, fil-Knisja Arċipretali, se jiġi eżegwit għall-ewwel darba l-Oratorio FILIPPU T’AĠĠIRA, fuq lirika bil-Malti tan-Nutar Dr Philip Ellul u mużika ta’ Mro Antoine Mercieca. Id-dħul se jkun mingħajr ħlas u kulħadd huwa mistieden jattendi.
Nitolbu għal Joseph Camilleri, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.