Ktieb ġdid fuq l-istatwa ta’ San Filep
Fit-8 ta’ Ġunju se nagħmlu book launch ta’ Ktieb sabieħ immens fuq l-istatwa San Filep. Ktieb li jinkludi diversi ritratti tal-proċess ta’ restawr li sar fuq l-istatwa meta kienet għar-restawr. Wieħed għandu jsib fiħ informazzjoni li qatt qabel ma kienet ippublikata qabel. Il- Ktieb li hu ta’ livell għoli ħafna se jkun ħardbound u prattikament full colour, L-editur tal-Ktieb hu il- fotografu Joe P. Borg.
Festa San Filep
Bejn is-7 ta’ Ġunju u 13 ta’ Ġunju se niċċelebraw il-Festa tal- Patrun tagħna San Filep. Qed jitqassam il-programm tal-festa. Tajjeb li wieħed jieħu kopja kull familja.
Il-ġbir li se jsir fil-weekend li ġej u ta’ wara se jkunu kollha għall-festa. Inħeġġukom tkunu ġeneruzi.
Fl-ewwl Jum tat-tridu se jiġu mistiedna dawk li ċċelebraw xi anniversarju speċjali s-sena li għaddiet. Min se jkun se jatttendi importanti li jħalli ismu fis-sagristija.
L-Ewwel Tqarbina
Il-Ħadd 30 ta’ Mejju w il-Ħadd 6 ta’ Ġunju se jkollna ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tqarbina taċ-ċkejknin tagħna. Il-quddiesa tad-9.00am u tal- 5.00pm se jkunu jistgħu jidħlu biss il-ġenituri u n-nanniet tat-tifel/tifla.
Infakkru li minħabba l-ewwel Tqarbina se jkollna xi tibidl fil-Quddies tal-Ħdud:
Il-Quddiesa tat-tfal se tkun fl-10.30am, segwita b’quddiesa oħra fil-11.30am. Filgħaxija se jkollna quddiesa waħda, dik tas-7.00pm
Insaħħu il-Kummissjonijijet fi ħdan il-parroċċa
Qiegħdin fil-proċess biex insaħħu l-kummissjonijiet fi ħdan il-parroċċa biex nippjanaw għas-sena pastorali li tibda’ f’Ottubru. Fid-dawl ta’dan qed nagħtu opportunita’ lil dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom direttament fil-parroċċa f’waħda mill-kummissjonijiet u/jew mod ieħor lill-parroċċa importanti li ma joqgħodx lura, jimla’ l-applikazzjoni u jekk ikollu bżonn iktar informazzjoni jkellem lill-Arċipriet.
Għoti tad-Demm f’Ħaż-Żebbuġ
Il-Ħadd 30 ta’ Mejju ser ikun hawn il-mobile blood donation unit. Inħeġġu lil min jista’ biex jagħti id-demm.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Jane Gabrielle Agius, Antoinette Parascandolo u Martin Degabriele . Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem