Festa ta’ San Ġużepp
Filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla li l-festa ta’ San Ġużepp għaddiet b’wiċċ il-ġid ukoll, l-Arċipriet jixtieq jirringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu . Grazzi lill-Każin San Ġużepp u Banda De Rohan għas-sehem tagħhom u lill-benefatturi kollha tal-festa, b’mod speċjali lil numru ta’ benefatturi li bħal snin l-imgħoddija jiġbru somma bejniethom għal din il-festa. Din is-sena inġabru €675. Nirringrazzjaw ukoll it-tim ta’ voluntieri kollu li għenu lil Nathan Falzon u lil Josef Felice u lil Emanuel Gauci pro-prokuratur, li ħadu ħsieb l-għarmar tal-knisja.
25 sena Saċerdot
Din il-ġimgħa Fr Jesmond Grech ċċelebra il-25 sena mill-ordinazzjoni tiegħu. Nifirħulu u nitolbu għalih.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Philip Caruana u Maria Gauci. Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.