L-Ewwel Tqarbina
Il-Ħadd, 29 ta’ Mejju, fid-9.30am ikun hawn l-aħħar grupp ta’ tfal li jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Il-quddiesa tal-10.00am se ssir fis-Sala Dun Mikiel Xerri (id-Domus).
Pellegrinaġġ mill-Leġjun ta’ Marija
Nhar it-Tnejn 30 ta’ Mejju, il-Leġjun ta’ Marija se jorganizza pellegrinaġġ u quddiesa fil-kappella tal-Viżitazzjoni f’Wied Qirda. Il-pellegrinaġġ jibda fis-6.00pm minn ħdejn l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes, fi Triq is-Siġġiewi, u wara ssir quddiesa fil-kappella msemmija. Kulħadd mistieden jattendi, b’mod speċjali l-membri Leġjunarji Awżilarji.
Adorazzjoni fis-Seminarju
Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Ġunju, il-parroċċa tagħna ġiet mistiedna biex tieħu sehem fl-adorazzjoni li ssir kull xahar fis-Seminarju b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet. Tibda fis-6.30pm u tintemm bil-quddiesa. Se norganizzaw trasport li jitlaq fis-5.45pm minn ħdejn il-Posta. Min jixtieq juża s-servizz tat-trasport iħalli ismu fis-Sagristija sa nhar it-Tlieta.
Adorazzjoni u Barka Sagramentali
Il-Ġimgħa, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am se jkun hawn adorazzjoni quddiem l-Ewkaristija, li tintemm bil-Barka Sagramentali qabel il-quddiesa tat-8.00am.
Festa San Filep
Nhar il-Ħadd nagħtu bidu għall-festa ta’ San Filep bil-ħruġ tal-vara min-niċċa. Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa li tiftaħ il-festi u fit-7.45pm isir il-ħruġ solenni. Dakinhar issir ġabra speċjali għall-ispejjeż tal-festa.
Infakkru li dawk li jixtiequ jerfgħu fil-vara ta’ San Filep huma mitluba li jgħaddu l-applikazzjoni lill-Arċipriet sa nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju.
Fuljett tal-Festa
Matul dawn il-ġranet se jitqassam il-fuljett tal-festa. Miegħu se jitqassam l-envelope biex nagħmlu l-offerta tagħna għall-festa. Nappella għall-ġenerożita’ tagħkom fl-għotjiet li tagħtu biex inkopru l-ispejjeż tal-festa. L-envelopes mhux se jinġabru mill-helpers, imma nistedinkom tixħtuhom fil-kaxxi li hawn quddiem l-altar. Nitlob lill-helpers jieħdu l-kopji tal-fuljett mis-Sagristija flimkien mal-envelopes.
Trasport u Quddiesa għall-anzjani
Dawk li għandhom xi anzjani jew morda li jixtiequ jiġu għall-quddiesa speċjali għalihom fil-ġimgħa tal-festa, it-Tlieta 7 ta’ Ġunju, fid-9.30am, u għandhom bżonn trasport, nitlob lil xi ħadd mill-familjari jagħtuna isimhom fis-Sagristija.
Coffee Morning
It-Tlieta 31 ta’ Mejju se jsir coffee morning b’risq il-Knisja fis-Sala għand is-sorijiet. Min hu interessat ikellem lill-membri tal-grupp tal-fundraising.
Nitolbu għal ħutna Nazzareno Agius, Connie Farrugia u Philip Borg, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.