Reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu
Matul din il-ġimgħa tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna minn Ottubru li ġej huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali.
Laqgħa Grupp Padre Pio
It-Tlieta jiltaqa’ l-Grupp ta’ San Padre Pio, wara l-waqfa tas-sajf. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm b’rużarju meditat u wara toħroġ il-quddiesa ta’ filgħaxija.
Attivita’ soċjali fiċ-Ċentru Ta’ Warda
L-Erbgħa 11 ta’ Settembru, fis-7.00pm, fiċ-Ċentru Ta’ Warda jkollna l-attività soċjali bit-tombla b’risq il-missjoni li grupp ta’ żgħażagħ mill-parroċċa se jagħmlu fil-Perù fis-sajf tas-sena d-dieħla. Bookings mis-sagristija.
Quddies u adorazzjoni fil-Kappella tas-Seminarju
Is-Sibt 14 ta’ Settembru, fil-Kappella tas-Seminarju, ir-Rabat, fil-5.30pm se jkun hemm Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet. Se jiġi organizzat trasport li jitlaq fil-5.00pm minn ħdejn il-posta. Dawk li jixtiequ jużaw it-trasport jinkitbu fis-sagristija jew ikellmu lil Carmen Cilia.
Festa ta’ Marija Addolorata
Il-Ħadd li ġej niċċelebraw il-festa ta’ Marija Addolorata. L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu ġranet tat-Tridu. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bil-prietka minn Patri Llewellyn Muscat Preca O.P. Il-Ħadd fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni minn Fr Malcolm Saliba. Wara toħroġ il-purċissjoni akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju li se tgħaddi minn Misraħ San Filep, Triq Sciortino, Triq Frans Sammut u Triq il-Kbira. Ħdejn il-bibien tal-knisja hemm leaflet bil-programm u miegħu envelope biex min jixtieq jagħmel offerta b’riżq din il-festa. L-envelopes bl-offerti jintefgħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-artal.
Attivita’ għat-Tfal
It-Tlieta 17 ta’ Settembru se nkunu qed norganizzaw l-aħħar attivita’ tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6. L-attivita’, li se tinkludi quddiesa u logħob, se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija jew minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa.
Ġabra Speċjali
Qed issir Ġabra Speċjali b’riżq il-proġett li għaddej bħalissa fis-sagristija biex ikollna servizzi sanitarji ġodda (toilets) aktar spazjużi u moderni. L-istima ta’ dan il-proġett se tkun ta’ madwar tlettax-il elf ewro (€13,000). Sar ukoll xogħol ta’ restawr u tindif fuq l-istatwa tal-Madonna tad-Duluri li kellha wkoll xi ħsarat. Napprezzaw ħafna l-kontribuzzjoni u l-għajnuna tagħkom għal dan ix-xogħol li qed isir.
Nitolbu għal Antonia Bonanno, Sapienza Saliba, Agatha Agius, Joseph Schembri u John Spiteri, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.