Tlettax-il Ħadd matul is-Sena B

Offerta ta’ San Pietru

Illum qed issir il-ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”. B’din il-ġabra nkunu qegħdin ngħinu lill-Papa Franġisku  biex ikun jista’ jifrex il-ħidmiet tiegħu bħala Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. Monsinjur Arċisqof iħeġġiġna biex inkunu ġenerużi u nuru l-għaqda tagħna mal-Papa. Għaldaqstant il-ġbir kollu tal-quddies ikun għal dan il-għan.

Attivita’ għat-tfal fiċ-Ċentru ta’ Warda

Nhar it-Tlieta 2 ta’ Lulju bħala parroċċa se nkunu qed norganizzaw attivita’ għat-tfal minn Year 1 sa Year 6, li se tinkludi quddiesa u logħob. L-attivita’ se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija.

Adorazzjoni

Il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Sagramentat sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Dakinhar imħeġġin nitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali.

Laqgħa għall-barrannin

Il-Ħamis 11 ta’ Lulju, parruċċani li mhumiex Maltin u li joqogħdu fil-parroċċa huma mistednin għall-ewwel laqgħa tas-sajf bit-titlu “Reconciled”. Wara kull laqgħa, ikun hemm spazju biex insiru nafu iktar lil xulxin mill-qrib. Il-laqgħat fis-sajf jibdew fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Jekk xi ħadd huwa interessat, għandu jkellem lil Fr Malcolm għal iktar informazzjoni.

On Thursday 11th July, parishioners who are not Maltese are invited for the first encounter during summer entitled “Reconciled”. After every encounter, there is time for fellowship. The meetings during summer start at 8.00pm at Ta’ Warda Centre. If anyone knows someone who might be interested, he or she may speak to Fr Malcolm to be given further information.

Kors ta’ Kana

Infakkru lil dawk l-għarajjes li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin li huwa meħtieġ li jagħmlu l-Kors ta’ Kana. Idealment dan il-kors isir sentejn qabel it-tieġ. Fil-parroċċa tagħna l-kors jibda fit-2 ta’ Ottubru. Dawk il-koppji li jixtiequ aktar informazzjoni huma mitluba li jiġu fl-Uffiċċju Parrokkjali jew ikellmu lill-Arċipriet.

Ħarġiet għall-Baħar

Infakkru li matul is-sajf, kull nhar ta’ Tlieta jiġu organizzati ħarġiet għall-baħar. L-ewwel ħarġa se tkun nhar it-Tlieta 2 ta’ Lulju. Tluq fit-9.00am minn ħdejn il-posta. Min hu interessat, ikellem lil xi ħadd mill-membri tal-Grupp tal-Fundraising.

Nitolbu għal oħtna Joyce Baldacchino, li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.