Festa San Filep
Il-Ħadd, 26 ta’ Mejju, nagħtu bidu għall-festa bil-ħruġ tal-istatwa ta’ San Filep min-niċċa. Il-ħruġ isir wara l-quddiesa tas-7.00pm.
- It-Tnejn:
- Fil-5.30pm, Quddiesa speċjali għat-tfal. It-tfal huma mħeġġa jġibu għotjiet tal-ikel għall-familji fil-bżonn tal-parroċċa tagħna. Wara jkollhom logħob fil-qasam tal-MUSEUM tas-Subien. Ma jkunx hawn quddiesa tas-6.30pm.
- Fit-7.45pm, Quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier tal-Knisja.
- It-Tlieta:
- Fl-10.00am, quddiesa għall-morda u l-anzjani.
- Fis-6.30pm, quddiesa għall-koppji u l-familji. Mistiedna b’mod speċjali dawk il-koppji li żżewġu mis-sena 2023 ’l hawn.
- Fis-7.30pm, taħdita minn Mons. Edgar Vella dwar il-kult tar-relikwi f’Malta. Wara ssir it-tnedija tal-ktieb li jfakkar it-300 sena mill-miġja tar-relikwa ta’ San Filep. Din l-attività se ssir fil-Knisja Arċipretali. KULĦADD HUWA MISTIEDEN. Donazzjoni ta’ €15 għall-ktieb tkun apprezzata.
- L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa: Jiem tat-Tridu, skont kif indikat fil-programm. Il-prietki tat-Tridu se jsiru mill-Papas tal-Knisja Griega Kattolika Martin Zammit.
- Is-Sibt:
- Fit-8.00am Quddiesa kantata tat-TE DEUM.
- Fis-6.00pm, toħroġ purċissjoni mill-Knisja Arċipretali għall-Knisja tal-Lunzjata minn fejn tibda l-purċissjoni tat-Translazzjoni bir-Relikwa ta’ San Filep immexxija minn Mons. Frans Bonnici, segwita mill-Kant tal-Għasar.
- Fit-8.00pm ikun hawn quddiesa.
- Il-Ħadd: Jum il-Festa
- Fit-8.00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa, immexxija mill-E.T. Mons. Joe Alessandro, bil-paniġierku mill-Kanonku Stephen Attard.
- Fil-5.30pm, Għasar bil-quddiesa u fis-7.00pm tibda ħierġa l-Purċissjoni, li tidħol lura fil-Knisja fl-10.30pm.
Il-programm sħiħ tistgħu ssegwuh minn fuq il-fuljett IS-SLIEM li qed jitqassam fi djarkom. Min ma wasallux id-dar jista’ jieħu kopja minn ħdejn il-bibien tal-knisja.
Ikun apprezzat jekk tikkontribwixxu €10 minn kull familja għall-festa, jew kemm tistgħu, skont il-mezzi tagħkom. Nirringrazzjawkom tas-sehem li tagħtu. L-envelope bl-offerta tagħkom nitolbukom iġġibuh magħkom fil-knisja u titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar jew tagħtuh lil xi ħadd minna s-saċerdoti.
Preżentazzjoni tat-Trabi
L-Erbgħa, 5 ta’ Ġunju, fil-Quddiesa tas-6.30pm, issir il-preżentazzjoni tat-tfal u t-trabi li twieldu mis-sena l-oħra ’l hawn. Peress li se tingħata tifkira żgħira, min se jattendi importanti li jinkiteb fis-sagristija. Dawk li ma rċevewx email b’dan l-avviż u jixtiequ jattendu, huma mitlubin jagħtuna isimhom fis-sagristija.
Nitolbu għal Philip Balzan li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem: Agħtih, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.