Rappreżentazzjoni tal-wasla tal-Maġi
Il-Ħadd, 7 ta’ Jannar qabel il-quddiesa tad-9.30am ikollna rappreżentazzjoni tal-wasla tal-Maġi. Il-familji huma mistiedna jinġabru għad-9.15am ħdejn iċ-Ċentru Ta’ Warda. Fil-quddiesa se noffru l-oġġetti ta’ ikel u s-somma ta’ €2,870 li nġabret matul l-Avvent u l-Milied għall-Kċina ta’ Marta
Laqgħat tal-Grupp Kelma tal-Ħajja u ta’ Padre Pio
It-Tlieta 10 ta’ Jannar fid-9.30am jiltaqa’ l-grupp tal-Kelma tal-Ħajja fis-Sala tas-Sorijiet. Filgħaxija, fil-Knisja Arċipretali jiltaqa’ l-Grupp ta’ Padre Pio. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm bir-Rużarju u tkompli bil-quddiesa ta’ filgħaxija.
Adorazzjoni
Kull nhar ta’ Ħamis fil-Knisja Arċipretali ssir nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat li tibda fis-6.00pm.
Talb għall-vokazzjonijiet
Is-Sibt 13 ta’ Jannar imiss laqgħa oħra ta’ talb għall-Vokazzjonijiet fis-Seminarju Tal-Virtù, ir-Rabat. Ikun hemm quddiesa u adorazzjoni. Il-minibus titlaq fil-5.00pm minn ħdejn il-Posta. Min jixtieq jattendi u juża t-trasport ikellem lil Carmen Cilia.
Ġbir għad-Dar tal-Providenza
Il-ġbir li sar b’riżq id-Dar tal-Providenza fil-bidu tas-sena fil-Knisja Arċipretali u fil-knejjes l-oħra li fihom isir il-quddies, laħaq is-somma ta’ €8,871 (€600 minnhom inġabru mis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù). F’isem id-Direttur Fr Martin Micallef, nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.
Nitolbu għal ħuna Salvu Schembri li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.