Solennita’ ta’ Pentecoste – Sena Ċ

Bidu tal-Festa ta’ San Filep

Il-Ħadd, 5 ta’ Ġunju, nagħtu bidu għall-festa bil-ħruġ solenni tal-istatwa ta’ San Filep. Il-ħruġ isir wara il-quddiesa tas-7.00pm.

Quddiesa Speċjali

  • It-Tnejn, 6 ta’ Ġunju fit-7.45pm, Quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier tal-Knisja.
  • It-Tlieta, 7 ta’ Ġunju  fid-9.30am, quddiesa għall-morda u l-anzjani. Fil-5.00pm, Quddiesa speċjali għat-tfal. It-tfal huma mħeġġa jiktbu talba lil San Filep u jġibuha magħhom. Wara Sports Festival fil-qasam tal-MUSEUM tas-Subien. Fis-6.30pm, quddiesa għall-koppji u l-familji. Mistiedna b’mod speċjali dawk il-koppji li żżewġu mis-sena 2021 ’l hawn.

Taħdita Kulturali

It-Tlieta, 7 ta’ Ġunju fit-8.00pm, Taħdita Kulturali mis-Sur Charles Debono dwar il-Mużika tal-Cappella Diacono li tindaqq fil-jiem tal-festa tagħna. Din l-attivita’ se ssir fil-Knisja Arċipretali. KULĦADD HUWA MISTIEDEN.

Laqgħa għar-Reffiegħa

It-Tlieta, fid-9.00pm se ssir laqgħa għar-reffiegħa tal-vara, kemm dawk stabbiliti kif ukoll ir-reffiegħa l-ġodda li applikaw din id-darba. Il-laqgħa se issir fil-Knisja Arċipretali. Jekk għad hawn xi ħadd li jixtieq japplika, qed nagħtu ċans sallum (il-Ħadd).

Jiem ta’ Tridu

L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa: Jiem tat-Tridu, skont kif indikat fil-programm. Il-prietki tat-Tridu se jkunu mmexxija minn Monsinjur Hector Scerri.

Quddiesa Kantata

Is-Sibt, 11 ta’ Ġunju fit-8.00am Quddiesa kantata tat-TE DEUM. Fis-6.15pm, toħroġ purċissjoni mill-Knisja Arċipretali għall-Knisja tal-Madonna tal-Anġli minn fejn tibda l-purċissjoni tat-Translazzjoni bir-Relikwja ta’ San Filep immexxija minn Mons. Salvinu Micallef, segwita mill-Kant tal-Għasar. Fit-8.00pm ikun hawn quddiesa.

Jum il-Festa

Il-Ħadd, 12 ta’ Ġunju huwa jum il-Festa. Fit-8.00am issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa, immexxija minn Mons. Frans Bonnici, bil-paniġierku mill-Kanonku Michael Galea.

Fil-5.30pm, Għasar fil-quddiesa u fis-7.00pm tibda ħierġa l-Purċissjoni. Imexxi l-Kanonku Jesmond Grech. Il-purċissjoni tidħol lura fil-Knisja fl-10.30pm.

Il-programm sħiħ tistgħu ssegwuh minn fuq il-fuljett IS-SLIEM li qed jitqassam fi djarkom. Min ma rċevihx jista’ jieħu kopja minn ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja.

Ikun apprezzat jekk tikkontribwixxu €10 minn kull familja għall-festa, jew kemm tistgħu, skont il-mezzi tagħkom. Nirringrazzjawkom tas-sehem li tagħtu. L-envelope bl-offerta tagħkom nitlobkom iġġibuh magħkom fil-knisja u titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar.

Presentazzjoni tat-Tfal u Trabi

Il-Ħamis, 16 ta’ Ġunju,  issir il-preżentazzjoni tat-tfal u t-trabi li twieldu matul is-snin 2021 u 2022, fil-Quddiesa tas-7.00pm. Peress li se tingħata tifkira żgħira, min se jattendi importanti li jinkiteb fis-sagristija.

Nitolbu għal Emanuel Agius li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

ĠABRA SPEĊJALI BIEX INKOPRU L-ISPEJJEZ MARBUTIN MAL-FESTA.

NIRRINGRAZZJAWKOM.

Leave a Reply