Quddies Speċali għan-Nanniet
Għada l-Ħadd, 21 ta’ Lulju, għall-quddiesa tal-familja tad-9.30am huma mistiedna b’mod speċjali n-nanniet b’rabta ma’ Jum in-Nanniet qrib il-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li l-Knisja tfakkar fis-26 ta’ Lulju.
Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fis-Santwarju
il-Ħadd, 21 ta’ Lulju, Mons. Anton Cassar, Rettur tas-Santwarju Qalb ta’ Ġesù, fis-6.15pm se jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr fis-Santwarju stess fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Min jixtieq jista’ jingħaqad miegħu.
Festa ta’ San Ġużepp
- It-Tnejn fit-7.45pm issir quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier. Wara jsir il-ħruġ tal-vara min-niċċa u l-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp.
- Il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu jiem tat-Tridu. Il-quddiesa ta’ filgħaxija fis-6.30 tkun bil-prietka minn Patri Juan Debono O.C.D (Tereżjan). Wara l-quddiesa tingħad il-kurunella, jitkantaw l-innu u l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
- Is-Sibt, l-aħħar jum tat-Tridu, fis-6.00pm isir l-Ewwel Għasar kantat u tingħad il-Kurunella. Fis-6.30pm quddiesa bil-prietka tat-Tridu. Wara l-funzjoni tat-Tridu jitkanta Te Deum u Barka Sagramentali.
- Il-Ħadd, nhar il-Festa, fit-8.00am issir il-quddiesa solenni immexxija minn Mons Ġorġ Frendo, Arċisqof Emeritus ta’ Tirana-Durres, l-Albanija, bil-paniġierku minn Mons Edward Xuereb. Il-quddiesa ta’ wara tkun fl-10.00am għat-tfal u l-familji.
- Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni immexxija mis-saċerdot novell Fr Malcolm Saliba, li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.
Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm sħiħ u miegħu hemm envelope biex wieħed jagħmel offerta għall-festa. Ġentilment mitluba biex l-envelope bl-offerta tagħkom titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar.