Programm tal-Festa ta’ San Ġużepp
- Il-Tnejn, 19 ta’ Lulju fit-8.00 pm Quddiesa mtellgħa miż-żgħażagħ fil-Knisja Arċipretali.
- Il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt, TRIDU. Fis-7.00pm Quddiesa bil-priedka, kurunella, innu, antifona u ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-priedka tat-Tridu ssir mill-Kan. Fr Michael Galea.
- Il-Ħadd, 25 ta’ Lulju – JUM IL-FESTA. Fit-8.00 am Quddiesa Kantata Solenni, mmexxija mill-Arċipriet Fr Daniel Cardona u wara l-Vanġelu jintiseġ il-paniġierku fuq San Ġużepp mill-Kan. Fr Reno Muscat O.P.
- Fl-10.00 am, Quddiesa bis-sehem tat-tfal
- Fil-11.00 am, Quddiesa.
- Fis-7.00 pm, Quddiesa Solenni tal-Għeluq tal-Festa u Barka Sagramentali.
Ġabra Speċjali
Il-Ġabra Speċjali tal-Ħadd li għadda laħqet is-somma ta’ €1264. Nirringrazzjawkom
tal-ġenerozita tagħkom.
Nitolbu għal oħtna li għaddiet għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Carmela Chircop. Agħtiha, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem …..