Festa Madonna tar-Rużarju
Il-Ħadd, 1 ta’ Ottubru filgħaxija, niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fl-4.30pm tingħad it-talba tal-Għasar, fil-5.00pm quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u wara purċissjoni bix-xbiha tal-Madonna akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju. Wara l-purċissjoni jkun hawn il-quddiesa tas-7.00pm.
Qrar għall-Bniet tal-Griżma
Il-Ħamis, 5 ta’ Ottubru fis-5.45pm, fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet, se jsir il-qrar għall-bniet li se jersqu għas-Sagrament tal-Griżma.
Quddies au Adorazzjoni
Il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru, l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tat-8.00am ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Sagramentat.
Rużarju
Matul ix-xahar ta’ Ottubru jingħad ir-Rużarju kuljum quddiem Ġesù espost fis-6.00pm qabel il-quddiesa. Xieraq li matul dan ix-xahar nitolbu f’għaqda mal-Knisja għas-Sinodu tal-Isqfijiet li l-Papa qiegħed ilaqqa’ ġewwa Ruma matul dan ix-xahar.
Festa San Franġisk
Il-Ħadd, 8 ta’ Ottubru, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Franġisk, qed nistiednu lit-tfal biex iġibu l-pets u l-annimali tagħhom biex jitbierku fil-quddiesa tal-9.30am li se tkun iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja. Din l-attività qed issir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali.
Xogħol ta’ manutenzjoni fiċ-Ċenaklu
Navżaw li nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa (2, 3 u 4 ta’ Ottubru) iċ-Ċenaklu se jkun magħluq matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu minħabba xogħol ta’ manutenzjoni. Ikun miftuħ minn wara nofsinhar.
Sejħa għall-Abbatini
Nixtiequ nħeġġu iktar tfal biex isiru abbatini fil-parroċċa tagħna. L-abbatini mhux biss jgħinu fis-servizz fuq l-altar fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi imma jkollhom ukoll laqgħat u attivitajiet oħra biex ikomplu jiffurmaw ruħhom f’valuri tajbin. Dawk it-tfal, subien u bniet, li diġa’ għamlu l-Ewwel Tqarbina u jixtiequ jibdew jagħtu servizz bħala abbatini jistgħu jiġbru applikazzjoni mis-sagristija.
Coffee Morning
It-Tlieta 10 ta’ Ottubru, fid-9.30am se jsir Coffee Morning b’risq il-knisja fis-Sala tas-Sorijiet. Min hu interesssat ikellem lil xi ħadd mill-membri tal-grupp tal-fundraising.
Nitolbu għal ħutna Anġlu Cutajar, Anna Zammit u Joseph Agius, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.