Festa ta’ San Franġisk u Jum il-Ħolqien
Il-Ħadd, 7 ta’ Ottubru, nistiednu lit-tfal biex iġibu l-pets u l-annimali tagħhom biex jitbierku fil-quddiesa tad-9.30am li se tkun iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja.
Laqgħa Grupp Padre Pio
It-Tlieta, 10 ta’ Ottubru ser issir il-laqgħa u tibda fis-6.00pm bir-rużarju meditat quddiem Ġesù Sagramentat u fis-6.30pm il-quddiesa.
Pellegrinaġġ
Il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru, fl-okkażjoni tal-aħħar dehra tal-Madonna ġewwa Fatima, il-Leġjun ta’ Marija se jorganizza pellegrinaġġ u quddiesa fil-kappella tal-Viżitazzjoni ġewwa Wied Qirda. Fil-5.30pm jibda l-Pellegrinaġġ minn ħdejn il-Peridot bit-talba tar-rużarju u wara jkun hemm quddiesa fil-kappella ta’ Wied Qirda. Kulħadd huwa mistieden.
Qrar għas-subien
Il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru fis-7.00pm, fil-MUSEUM tas-Subien ikun hemm il-qrar għas-subien li se jersqu għas-Sagrament tal-Griżma.
Sagrament tal-Griżma
Nhar is-Sibt 14 ta’ Ottubru fl-4.30pm jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Griżma għall-bniet. Il-Ħadd fid-9.15am jirċievu l-Griżma s-subien. Nifirħu lil dawk li se jirċievu dan is-Sagrament u nitolbu għalihom.
Laqgħa ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet
Is-Sibt 14 ta’ Ottubru jkun hemm laqgħa ta’ talb għall-Vokazzjonijiet fis-Seminarju Tal-Virtù, ir-Rabat. Ikun hemm quddiesa u adorazzjoni. Qed jiġi organizzat transport li jitlaq fil-4.45pm minn ħdejn il-Posta. Min jixtieq jattendi jista’ jinkiteb fis-sagristija jew ikellem lil Carmen Cilia sal-Ġimgħa filgħodu.
Ġabra b’risq il-Knisja
Il-ġbir li sar fil-quddies nhar is-Sibt u l-Ħadd li għadda b’riżq il-knisja kien ta’ €1,423. Nirringrazzjawkom dejjem tal-għajnuna u s-sostenn li tagħtu lill-knisja.
Coffee Morning
It-Tlieta 10 ta’ Ottubru se jsir coffee morning b’riżq il-knisja. Biljetti mingħand il-membri tal-grupp tal-fundraising.
Encounter with Christian foreigners
On Friday 20th October, there will be a second encounter with Christian foreigners, entitled “Speak, Lord!” at the Parish Hall, Dar San Ġużepp, at 7.30pm. We invite all Christian foreigners of our parish for this formation meeting to listen and pray together through God’s Word. Those who are interested may speak to the deacon, Reverend Malcolm, or else to one of the helpers, for more details.
Nitolbu għal ħuna Maria Schembri, Katarina Gatt u l-Imħallef Emeritus Philip Sciberras, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.