Festa ta’ San Ġużepp
- It-Tnejn fit-7.45pm issir quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier. Wara jsir il-ħruġ tal-vara min-niċċa u l-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp.
- Il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu ġranet tat-Tridu. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bil-prietka minn Patri Martin Coleiro ofm. Wara l-quddiesa tingħad il-kurunella, jitkantaw l-innu u l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
- Is-Sibt, l-aħħar Tridu, fis-6.30pm isir l-Ewwel Għasar kantat u fis-7.00pm quddiesa bil-prietka tat-Tridu. Wara l-funzjoni tat-Tridu jitkanta Te Deum u Barka Sagramentali.
- Il-Ħadd, nhar il-Festa, fit-8.00am quddiesa solenni bil-paniġierku mill-Kanonku Joseph Zammit. Ma jkunx hawn il-quddiesa tad-9.00am. Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.
Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm sħiħ u miegħu hemm envelope biex wieħed jagħmel offerta għall-festa. L-envelope bl-offerta tagħkom nitlobkom iġġibuh magħkom fil-knisja u titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar.
Attivita’ għat-Tfal
Nhar il-Ħamis ikollna l-attivita’ għat-tfal kollha minn Year 1 sa Year 5 fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.00pm. Tibda b’quddiesa u wara jkun hemm krafts u logħob. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li t-tfal tagħhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija.
Ħarġa għal Għawdex
Nhar l-Erbgħa se ssir ħarġa għal Għawdex. Tluq minn ħdejn il-posta fis-7.00am. Min jixtieq jattendi javviċina lil xi ħadd mill-membri tal-grupp tal-Fundraising.