Festa Liturġika ta’ San FIlep – 12 ta’ Mejju
Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li attendew għaċ-ċelebrazzjoni liturġika fl-okkazzjoni tal-Festa ta’ San Filep li saret fit-12 ta’ Mejju, niskużaw ruħna li minħabba r-restrizzjonijiet mitluba minnha kellna nħallu xi nies barra. Konvint pero li tifhmu s-sitwazzjoni. Għall-festa li se niċċelebraw f’Ġunju ta’ din is-sena, qed naraw kif nistgħu naddattaw il-programm tal-festa fid-dawl tar-restrizzjonijiet mitluba minnha.
Il-Pożizzjoni tal-Knisja fuq il-Festi ta’ din is-sena 2021
Matul din is-sena 2021, il-festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l-bini tal-knisja jsiru fil-ġranet li soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il-miżuri indikati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa għall-ħarsien tas-saħħa u tal-ħajja ta’ kulħadd.
Rigward iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ barra l-bini tal-knisja, li normalment jiġu organizzati mill-Knisja bħalma huma l-purċissjonijiet, dawn isiru biss jekk, fejn u meta l-Awtoritajiet tas-Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi.
Kor Parrokkjali
Nirringrazzjaw lis-Sinjura Antonella Ellul li għal dawn l-aħħar snin mexxiet il-kor Parrokkjali, Magnifikat. Issa li ma tistax tkompli tmexxi il-Kor, se ssir laqgħa għall-membri tal-Kor biex naraw kif se nimxu fil-futur. Il-Laqgħa se ssir nhar it-Tnejn fis-7:30pm, fl-Uffiċċju Parrokkjlai, f’Misraħ l-Isptar. Napprezza li l-membri jattendu. Sadanittant jekk hawn min jixtieq ikun parti mill-kor parrokkjali, hu mitlub li javviċina lill-Arċipriet.
Seminar għall-Ġenituri tat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina
Se jsiru tnejn, wiehed il-Ġimgħa li ġej, 21 ta’ Mejju u l-ieħor is-Sibt 22 ta’ Mejju 2021. Nibdew bil-quddiesa fis-7.00pm fil-Knisja Arċipretali. Il- ġenituri jagħżlu huma liema seminar/ġurnata jattendu.
Ġabra Speċjali
Il-ġabra speċjali ta’ din il-ġimgħa hija għas-Seminarju. Nitolbukom tkunu ġenerużi.