Attivita’ għat-tfal f’Ta’ Warda
It-Tnejn 19 ta’ Awwissu, ikollna l-attivita’ għat-tfal minn Year 1 sa Year 6, li se tinkludi talb, krafts u logħob. L-attivita’ se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija.
Adorazzjoni
Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech, fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand is-Sorijiet) fl-10.00am.
Laqgħa għall-Barranin | Meeting for Foreigners
Il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu, se ssir il-laqgħa għal dawk il-barranin li jgħixu fil-parroċċa, fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Jekk tafu b’xi wħud li jistgħu jkunu interessati, ikun apprezzat jekk tinfurmawhom b’din il-laqgħa.
On Friday 23rd August, parishioners coming from other countries are invited for a meeting entitled “Have Your Say”. The meeting starts at 8.00pm at Ta’ Warda Centre. For further information, those who are interested may speak to Fr Malcolm Saliba.
Attivita’ bejn iż-Żgħażagħ u l-Anzjani
Il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, bejn id-9.00am u l-11.00am, se ssir attività soċjali bejn żgħażagħ u anzjani, organizzata mill-grupp taż-żgħażagħ tal-Leġjun ta’ Marija. L-attività se ssir fis-Sala tas-Sorijiet. Aktar dettalji ssibuhom fuq in-noticeboards tal-knisja.
Nitolbu għal Teresa Muscat u Grazia Camilleri, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.