Randan
Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Marzu, nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes bi tħejjija għall-Festi tal-Għid. Fil-quddies kollu ssir iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-Irmied.
- Fil-5.00pm se ssir quddiesa animata għat-tfal u l-ġenituri.
- Fis-6.00pm tibda ċelebrazzjoni ta’ talb u adorazzjoni fil-bidu tar-Randan.
- Fis-6.30pm quddiesa konċelebrata li fiha wkoll isir it-tqegħid tal-Irmied.
Infakkru li dakinhar huwa jum ta’ sawm u astinenza. Ningħaqdu mal-Q.T. il-Papa biex din il-ġurnata noffruha għall-paċi fid-dinja speċjalment għas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.
Adorazzjoni
Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm fuq it-tema tal-liturġija tal-Ewwel Ħadd tar-Randan.
L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar
Il-Ġimgħa, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, minn wara l-quddiesa tas-7.00am sa qabel il-quddiesa tat-8.00am ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija li jintemm bil-barka sagramentali.
Via Sagra
Matul iż-żmien tar-Randan, kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa, tingħad it-talba tal-Via Sagra fis-6.00pm, qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.
Sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
Għal dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, navża li l-kitba tista’ ssir f’dawn il-ġranet u ħinijiet:
- L-Erbgħa u l-Ġimgħa mill-5.30pm sas-7.30pm;
- Il-Ħadd mid-9.30am sa nofsinhar.