It-Tlettax-il Ħadd matul is-Sena Ċ

Festa tal-Visitazzjoni

Il-Ħadd, 26 ta’ Ġunju, ser tiġi ċċelebrata l-festa tal-Viżitazzjoni, fil-kappella ta’ Wied Qirda. Ikun hemm quddiesa fis-6.00pm. Il-Kappella tkun miftuħa għall-pubbliku fil-5.00pm.

Adorazzjoni

Nhar il-Ġimgħa, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn ħin ta’ Adorazzjoni fis-skiet li tagħlaq bil-Barka Sagramentali qabel il-quddiesa tat-8.00am.

Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’

Il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù fis-Santwarju. Fis-6.30pm quddiesa solenni tal-festa u wara ssir purċissjoni bl-Ewkaristija madwar il-Knisja.

Klabb għas-Sajf għall-adolexxenti

Infakkru li matul dan is-sajf se jsir summer club għall-adolexxenti li twieldu fis-snin 2009 u 2010 (ċjoe’ dawk li huma Form 1 u Form 2 fl-iskola) organizzat miċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Ta’ Warda, bil-għan li l-adolexxenti li jattendu jkomplu jiffurmaw ruħhom f’ambjent tajjeb.

Dawk li huma interessati għandhom ikellmu lil Fr Mario Dimech.

Quddies il-Ħadd filgħaxija

Minn nhar il-Ħadd, 3 ta’ Lulju filgħaxija, ser jibda jkun hawn quddiesa waħda, dik tas-7.00pm. Ma jkunx hawn il-quddiesa tal-5.30pm.

Obolo di San Pietro (Offerta ta’ San Pietru)

Il-Ġbir li qed isir fil-quddies kollu fid-djoċesi ta’ Malta se jkun mogħti lil Papa Franġisku biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra.

Monsinjur Arċisqof iħeġġiġna biex inkunu ġenerużi u nuru l-għaqda tagħna mal-Papa u l-gratitudni tagħna lejh għaż-żjara tiegħu fostna f’April li għadda.

Leave a Reply