It-Tieni Ħadd tar-Randan – Sena A

L-Ewwel Qrara

Nhar is-Sibt fid-9.00am fil-Knisja Arċipretali, ikun hawn l-Ewwel Qrara għat-tfal subien li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.

  

Quddiesa għaż-Żgħażagħ

Nhar il-Ħadd li ġej 12 ta’ Marzu nistiednu liż-żgħażagħ kollha għall-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom f’dan iż-żmien tar-Randan. 

Katekiżmu tal-Bniet

Is-Superjura tal-MUSEUM tavża li mhux se jsir tagħlim tal-Katekiżmu għall-bniet li jattendu l-MUSEUM minn nhar it-Tnejn 6 sal-Ġimgħa 10 ta’ Marzu, minħabba li l-membri għandhom l-eżerċizzi tar-Randan.

Eżerċizzi għall-Miżżewġin

Mit-13 sas-17 ta’ Marzu se jsiru l-eżerċizzi għall-miżżewġin li se jmexxihom Dun Frans Abdilla. L-eżerċizzi jsiru fil-Knisja Arċipretali fis-7.00pm wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

Pasta Nigħt

Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu jkollna Pasta Night b’risq il-missjoni li grupp ta’ żgħażagħ se jagħmlu fl-Albanija. Din l-attivita’ se ssir fis-Sala tas-Sorijiet fit-8.00pm – bookings mis-Sagristija.

Pellegrinaġġ għar-Redentur

Peress li l-ewwel Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla huwa fully booked, qed jiġi organizzat pellegrinaġġ ieħor nhar it-Tlieta 28 ta’ Marzu. Booking għand il-helpers tal-fundraising.

Dramm tal-Passjoni

Fl-24, 25 u 26 ta’ Marzu fit-Teatru Dun Mikiel Xerri (Sala Parrokkjali) se jittella’ d-Dramm tal-Passjoni bl-isem “Ejjew Għandi”. Biljetti mis-Sala Parrokkjali stess, kuljum mis-6.00pm ’il quddiem.

Nitolbu għal ħutna Philip Galea, Giovanna Bonnici u Anthony Scicluna, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.  

Leave a Reply