Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja u Grupp Padre Pio
Nhar it-Tlieta, 12 ta’ Diċembru fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja. Il-laqgħa se ssir fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-sorijiet.
Filgħaxija jmiss il-laqgħa tal-Grupp ta’ San Piju li tibda fis-6.00pm bir-Rużarju fil-Knisja Arċipretali u tkompli bil-quddiesa tas-6.30pm.
Novena tal-Milied
Nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u animata minn gruppi u għaqdiet tal-parroċċa. Fi tmiem il-quddiesa ssir ċelebrazzjoni qasira tan-Novena li tintemm bil-Barka Sagramentali.
Tberik tal-Bambini
Nhar il-Ħadd, 17 ta’ Diċembru fil-quddiesa tad-9.30am se jsir it-tberik tal-Bambini. Għalhekk inħeġġu lill-familji jattendu u nistiednu lit-tfal biex iġibu magħhom il-Bambin jew xi presepju żgħir li jintramaw fid-dar biex jitbierku.
Kċina ta’ Marta
Matul dan iż-żmien tal-Avvent u l-Milied il-parroċċa tagħna se tkun qed tgħin fl-inizjattiva tal-Kċina ta’ Marta li s-Segretarjat tal-Karita’ fi ħdan l-Arċidjoċesi qed jorganizza biex joffri ikel ta’ kuljum lil persuni u familji fil-bżonn. Għaldaqstant min jixtieq jgħin f’din l-inizjattiva jista’ jġib affarijiet ta’ ikel u jqegħdhom ħdejn l-artal tal-Kunċizzjoni. Min irid jista’ wkoll jagħmel offerta ta’ flus għall-istess skop.
Ġabra b’riżq il-Knisja
Il-ġabra li saret is-Sibt u l-Ħadd li għadda b’riżq il-knisja kienet ta’ €1,437. Nirringrazzjawkom ħafna.
Coffee Morning
Nhar it-Tlieta jkollna l-Coffee Morning b’risq il-knisja, fis-Sala tas-Sorijiet, fid-9.30am.
Nitolbu għal Jacqueline Camilleri li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.