Kors ta’ Eżerċizzi għal kulħadd
Se jkun organizzat fil- Knisja Arċipretali jibda’ t-Tnejn, 8 ta’ Marzu, wara il-quddiesa tas-6.30pm. Imexxi dan il-Kors Fr Reuben Micallef, Kappillan ta’ Pembroke.
Ġabra għas-Seminarju
Fi Tmiem il-Ġimgħa li ġejja se ssir il-ġabra b’risq is-Seminarju. Is-Seminarju huwa l-post fejn jitħejjew is-saċerdoti ta’ għada. Dejjem kellna għal qalbna dan il-post. Għalhekk bħal dejjem inħeġġukom sabiex tkunu ġenerużi. Din is-sena mhux se jkollna seminaristi fostna għax in-numru ta seminaristi fis-seminarju naqqas ħafna. Għaldaqstant inħeġġukom titolu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali.
Quddiesa Padre Pio
Nhar it-Tlieta fil-Knisja Arċipretali fil-5.00pm
Ħarġet direttiva mill- Kurja li laqgħat ta’ gruppi ġew sospiżi kollha sal-11 ta’ April. Din tinkludi laqgħat tal-Azzjoni Kattolika, tal-Legjun ta’ Marija, taż-Żagħżagh ta’ Warda, eċċ.
Fratellanza San Ġuzepp
Min jixtieq jinkiteb fil-fratellanza ta’ San Ġużepp , iħalli ismu mall-Arċipriet
Donazzjonijiet
L-Arċipriet jixtieq jirringrazzja numru ta’ benefatturi li b’donazzjonijiet separati matul din il-ġimgħa għaddewlna €1,400 għall-bżonnijiet tal-parroċċa f’dan iż-żmien diffiċli. Grazzi u nitolbu għalihom.
Nitolbu għall-ħutna Ġuża Farrugia u Charlene Farrugia li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.