Quddiesa Speċjali għaż-Zgħażagħ
Il-Ħadd, tnax ta’ Marzu, nistiednu liż-żgħażagħ tal-parroċċa għall-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom f’dan iż-żmien tar-Randan.
Eżerċizzi għall-Koppji
Minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Marzu jibdew l-Eżerċizzi għall-koppji wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Imexxi Mons. Frans Abdilla.
Laqgħa Grupp Padre Pio
Nhar it-Tlieta jmiss il-laqgħa tal-Grupp ta’ Padre Pio. Tibda fl-4.30pm bil-quddiesa.
Ċentru ta’ Warda
Il-grupp taż-żgħażagħ Ta’ Warda qed jilqa’ fih numru sabiħ ta’ adolexxenti u żgħażagħ bejn it-13 u s-16-il sena. Nerġgħu nagħmlu stedina b’mod partikolari lill-adolexxenti li qegħdin Form 2 sabiex jiffurmaw parti minn dan il-grupp billi jattendu għall-attività li se ssir nhar l-Erbgħa li ġej, 15 ta’ Marzu fis-7.00pm, fiċ-Ċentru Ta’ Warda.
Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla
It-Tlieta 28 ta’ Marzu se jsir pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla. Min jixtieq jattendi javviċina lil xi ħadd mill-membri tal-grupp tal-fundraising.
Anniversarju Elezzjoni tal-Papa
Nhar it-Tnejn 13 ta’ Marzu jaħbat l-għaxar anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku. Aħna mħeġġin nitolbu għalih biex il-Mulej jagħtih il-qawwa u l-għajnuna ħalli jkompli jaqdi l-missjoni fdata f’idejh. Nhar is-Sibt li ġej, 18 ta’ Marzu, l-Arċisqof se jmexxi konċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fid-9.30am. Kulħadd huwa mistieden. Qed jiġi organizzat trasport li jitlaq fid-8.45am minn ħdejn il-posta. Min hu interessat jinkiteb fis-sagristija.
Fratellanza San Ġużepp
Infakkru li dawk li jixtiequ jinkitbu fil-fratellanza ta’ San Ġużepp huma mitluba jinkitbu fis-sagristija. Il-professjoni tal-fratelli l-ġodda se ssir nhar it-Tnejn 20 ta’ Marzu fis-6.30pm.
Laqgħa għal dawk li ser jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
Il-Ħamis 23 ta’ Marzu se ssir laqgħa għal dawk kollha li se jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, kemm reffiegħa u kemm personaġġi. Din il-laqgħa se ssir fil-Knisja Arċipretali fis-7.00pm wara l-quddiesa.
Nerġgħu nagħmlu sejħa għal dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira b’mod speċjali t-tfal. Għandna bżonn ukoll l-għajnuna ta’ persuni li jkunu jistgħu jgħinu fl-andament tal-purċissjoni. Napprezzaw ħafna l-għajnuna ta’ kull min jista’ joffri sehmu. Dawk li lesti jgħinu nitolbuhom jinkitbu jew fis-sagristija jew fil-post tas-soltu wara l-knisja f’dawn il-ġranet u ħinijiet: l-Erbgħa mis-6.00pm sat-8.00pm; il-Ħadd mill-10.00am sa nofsinhar.
Nitolbu għal ħutna Caterina Pace, Rosina Camilleri, Carmel Grima u Karmenu Farrugia, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.