It-Tielet Ħadd tal-Għid – Sena Ċ

Festa tal-Lunzjata

Qed issir il-festa tal-Lunzjata fil-knisja dedikata lilha fi Triq il-Kbira. Fis-6.30pm jingħad ir-Rużarju u fis-7.00pm ikun hemm quddiesa.

Coffee Morning bit-Tombla

Nhar it-Tlieta se jsir coffee morning bit-tombla organizzat mil-grupp tal-fundraising, fid-9.30am fis-sala għand is-sorijiet. Booking isir għand il-helpers tal-fundraising.

Adorazzjoni

Il-Ħamis fis-6.30pm ikun hawn l-adorazzjoni li se tkun animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.

Laqgħa għall-ġenituri (Griżma tal-Isqof)

Il-Ħamis fis-7.30pm, wara l-quddiesa, se ssir laqgħa oħra għall-ġenituri li  uliedhom se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof din is-sena. Il-laqgħa ssir fil-Knisja Arċipretali.

Kunċert f’ġieħ San Filep

Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju fit-8.00pm se jsir kunċert ta’ antifoni u innijiet f’ġieħ San Filep fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Dan il-kunċert se jiġi ppreżentat mill-Arċipriet u l-Kleru ta’ Ħaż-Żebbuġ flimkien mat-12th May Band & Social Club. Se jindaqqu antifoni fl-oriġinalità tagħhom li jmorru lura għas-sena 1801 tal-kompożituri Francesco Azopardi, Grech Grandolini, Riccardo Bugeja u Dr Paolo Nani, fost l-oħrajn. Kulħadd huwa mistieden.

Jum l-Omm

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju se niċċelebraw Jum l-Omm u għalhekk il-quddiesa tal-10.00am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Inħeġġu lill-familji bit-tfal biex jieħdu sehem.

Użu tal-maskri fil-Knisja

Skont direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, minn nhar/għada t-Tnejn 2 ta’ Mejju mhux se jibqgħu fis‑seħħ il‑miżuri ta’ prevenzjoni kontra l‑COVID‑19 fil-knejjes tagħna u allura mhux se jibqa’ l-użu obbligatorju tal-maskri fil-knisja.

Nitolbu għal ħutna Joseph Sammut, Anthony Bugeja u Dominic Zammit, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Leave a Reply