Laqgħa Padre Pio
Nhar it-Tlieta, 13 ta’ Diċembru jmiss il-laqgħa tal-Grupp Padre Pio li tibda bil-quddiesa fl-4.30pm. Din id-darba l-laqgħa se ssir fis-Sala (għand is-Sorijiet).
Novena tal-Milied
Nhar il-Ħamis, 15 ta’ Diċembru nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u animata minn gruppi u għaqdiet tal-parroċċa. Fi tmiem il-quddiesa ssir ċelebrazzjoni qasira tan-Novena li tintemm bil-Barka Sagramentali.
Ċelebrazzjoni għat-Tfal
Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru fil-5.30pm, fil-Knisja Arċipretali, se jkollna ċelebrazzjoni għat-tfal minn Year 1 sa Year 4 animata miċ-Ċentri tal-Katekiżmu.
Tberik tal-Bambini
Nhar il-Ħadd, 18 ta’ Diċembru fil-quddiesa tad-9.30am se jsir it-tberik tal-Bambini. Għalhekk inħeġġu lill-familji jattendu u nistiednu lit-tfal biex iġibu magħhom il-Bambin jew xi presepju żgħir li jintramaw fid-dar biex jitbierku.
Programm Festi tal-Milied
Intom u ħerġin mill-knisja tistgħu tieħdu kopja tal-programm tal-festi tal-Milied. Tajjeb li ssegwu minn fuqu minħabba l-ħinijiet tal-quddies nhar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Laqgħa għall-Għarajjes
Infakkru li nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Diċembru se ssir laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu s-sena d-dieħla. Il-laqgħa se ssir fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù fis-7.30pm.
Għinuna lill-Laboratorju tal-Paċi
Matul dan iż-żmien tal-festi tal-Milied, bħala parroċċa se nkunu qegħdin ngħinu lil-Laboratorju tal-Paċi ġewwa Ħal Far minn fejn tingħata għajnuna lir-refuġjati f’pajjiżna. Għalhekk se nkunu qed niġbru għotjiet ta’ ikel u toiletries fil-Knisja Arċipretali b’risq ir-refuġjati. Dawk li jixtiequ joffru xi donazzjoni ta’ flus għal dan il-għan jistgħu jagħtuha lill-Arċipriet. Għal dan l-iskop se nkunu nistgħu npoġġu l-affarijiet li nġibu fuq l-altar tal-Kunċizzjoni.
Ġabra b’risq il-Knisja
Il-ġabra li saret is-Sibt u l-Ħadd li għadda b’riżq il-knisja kienet ta’ €1,415. Nirringrazzjawkom ħafna.
Nitolbu għal ħuna Charles Saliba, li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.