Laqgħa għall-Ġenituri tat-tfal li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma
It-Tlieta, 23 ta’ Jannar, fis-7.00pm se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma f’Ottubru ta’ din is-sena. Il-laqgħa se issir fis-Sala Parrokkjali (Domus).
Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl
Il-Ħamis, 25 ta’ Jannar, Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, fis-6.00pm ikun hawn l-adorazzjoni li fiha se nitolbu b’mod speċjali għall-għaqda fost il-Knejjes Insara.
Laqgħa għall-Koppji Miżżewġin
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Familja se torganizza laqgħa oħra għall-koppji miżżewġin fis-6.30pm fis-Sala tas-Sorijiet (taħt l-Uffiċċju Parrokkjali). Il-kelliema se tkun Ms Bernardette Briffa, Head tal-Counselling & Social Work tal-Caritas. It-tema għad-diskussjoni se tkun ‘Meta koppja tiffaċċja sfidi fil-familji’.
Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej
Nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Frar, Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, se ssir il-preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena mill-ġenituri tagħhom, waqt il-quddiesa tas-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali. Inħeġġu lill-familji tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina biex jieħdu sehem.
Nitolbu għal ħuna Joseph Azzopardi, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.