Jum l-Omm
Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, il-quddiesa tal-10.00am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Inħeġġu lill-familji bit-tfal biex jieħdu sehem.
Festa San Ġorġ Preca
It-Tnejn niċċelebraw il-festa ta’ San Ġorġ Preca. Fis-6.45pm nibdew b’feature dwar il-qaddis u wara tkompli l-quddiesa animata mis-Soċjetà tal-MUSEUM.
Laqgħa Grupp Padre Pio
It-Tlieta fl-4.30pm ikun imiss laqgħa oħra tal-Grupp ta’ Padre Pio li tinkludi quddiesa. Imexxi l-laqgħa Fr Philip Cutajar.
Festa Liturġika
Il-Ħamis, 12 ta’ Mejju, niċċelebraw il-festa liturġika tal-Patrun tagħna San Filep. Fis-6.30pm tingħad it-talba tal-Għasar, waqt li fis-7.00pm ikollna l-quddiesa solenni tal-festa. Fi tmiem il-quddiesa titkanta l-Antifona, tingħad il-Litanija lil San Filep u tingħata l-Barka Sagramentali.
Konsagrazzjoni tal-Knisja
Il-Ġimgħa, 13 ta’ Mejju, nagħmlu l-festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Il-quddiesa tas-7.00pm tkun kantata.
Laqgħa għall-Ġenituri tat-Tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina
Il-Ġimgħa fit-7.45pm se ssir l-aħħar laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina aktar tard dan ix-xahar. Il-laqgħa ssir fil-Knisja Arċipretali.
Jum il-Karita’
Id-Djoċesi ta’ Malta qed tiċċelebra ‘Jum il-Karità’. Għaldaqstant il-ġbir kollu li jsir fil-quddies ikun l-offerta tagħna biex ngħinu diversi ħidmiet u inizjattivi ta’ karità li twettaq il-Knisja f’Malta permezz ta’ Djar li joffru kenn lil tfal, żgħażagħ, nisa li jirċievu trattament ħażin, persuni b’diżabbiltà, immigranti u refuġjati, kif ukoll Istituzzjonijiet li joffru servizz u għajnuna lil persuni u familji fil-bżonn.
Nitolbu għal ħutna Gaudenzia Micallef, Lucia Micallef, Nazzareno Agius u Maria Stella Micallef, li mietu matul din il-ġimgħa. Niftakru wkoll fl-ommijiet mejtin. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.