Ir-riżenja ta’ Carmelo Borg bħala Sagristan
Is-Sagristan Carmelo Borg, fil-ġranet li għaddew tefa’ ir-riżenja tiegħu bħala sagristan ta’ din il-Knisja. Filwaqt li nirringrazzjawh tas-servizz li ta’ matul dawn is-snin li kien ilu sagristan, ġew magħżula Josef Felice u Nathan Falzon biex fuq bażi part-time jgħinu fis-servizzi li jingħataw fil-knisja ta’ kuljum. Intant ir-responsabbiltajiet tas-sagristan għaddew lill-Arċipriet. Naprezzaw li jekk ikun hawn min jixtieq jgħin bħala voluntier fl-armar u xogħol ieħor fil-parroċċa, importanti li jkellem lill-Arċipriet.
Festa San Filep
Filwaqt li qed nistennew fil-ġranet li ġejjin id-direttivi ta’ kif se jiġu ċċelebrati il- Festi din is-sena, il-ħsieb tagħna hu li din is-sena il-festa ta’ ġewwa se niċċelebrawha kif nagħmlu s-soltu, minbarra l-ħruġ solenni, fil-ġimgħa li tintemm fit-13 ta’ Ġunju. Kif tistgħu tindunaw bdejna narmaw id-damask.
Il-Festa tinvolvi diversi spejjeż, inkluż l-orkestra u spejjeż oħra. Għaldaqstant naprezzaw il-ġenerożita’ tagħkom.
Dixxiplina fil-mogħod kif inpoġġu fil-bankijiet tal-Knisja
Importanti li nibqgħu nibżgħu għas-saħħa ta’ xulxin. Għaldaqstant infakkru li:
- Fuq kull bank hu ndikat li joqgħodu tlett persuni. F’kaz ta’ bubble li joqogħdu fl-istess dar, jistgħu joqogħdu kollha f’bank wiehed. Jistgħu joqogħdu wkoll żewġt koppji fit-trufijiet ta’ kull bank.
- Min jiġi tard u ma jsibx post bilqiegħda fejn indikat, jieħu ftit paċenzja u joqgħod bilwieqfa
- Infakkru wkoll li meta niġu biex ninżlu fuq irkobbtejna, jekk ta’ quddiemek ma jagħmilx l-istess, trid iżżomm id-distanza u ma tinżilx.
Napprezza il-kooperazzjoni tagħkom.
Ġabra Speċjali
Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, se ssir il-ġabra speċjali għall-ispejjeż tal-Knisja u tal-Festa. Inħeġġukom biex tkunu ġenerużi.