Adorazzjoni
It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet.
BBQ b’riżq l-esperjenza Missjunarja
Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju, se jkun hemm il-BBQ fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda organizzat minn grupp ta’ żgħażagħ li se jkun qed jagħmel esperjenza missjunarja fil-Perù, fis-sajf tas-sena d-dieħla. Bookings mis-Sagristija.
Jum in-Nanniet u Magħmudija
Il-Ħadd li ġej, 21 ta’ Ġunju, b’rabta mal-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, niċċelebraw Jum in-Nanniet. Il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Nistiednu b’mod speċjali lin-nanniet biex jattendu għal din il-quddiesa flimkien mal-familji tagħhom.
Il-Ħadd li ġej ukoll, ikun hawn quddiesa fil-5.30pm li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.
Quddies ta’ Radd il-Ħajr fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’
Il-Ħadd li ġej, 21 ta’ Ġunju, Mons. Anton Cassar, Rettur tas-Santwarju Qalb ta’ Ġesù, fis-6.15pm se jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr fis-Santwarju stess fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Min jixtieq jista’ jingħaqad miegħu.
Fuljett u Ġabra għall-Festa ta’ San Ġużepp
Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm tal-Festa ta’ San Ġużepp li se niċċelebrawha l-Ħadd 30 ta’ Lulju. Miegħu hemm envelope biex wieħed jagħmel offerta għall-festa. L-envelope bl-offerta tagħkom nitolbukom iġġibuh magħkom fil-knisja u titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar.
Ġabra Speċjali
Il-Ġabra Speċjali li saret il-Ħadd li għadda għall-bżonnijiet tal-Knisja kienet €1,500. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna li tagħtu permezz tal-offerti tagħkom.
Nitolbu għal ħutna Joseph Micallef u Saverina Marmarà, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.