Festa tad-Duluri
Illum qed niċċelebraw il-Festa tad-Duluri fil-parroċċa tagħna. Fis-7.00pm issir Quddiesa Solenni li tintemm bil-barka sagramentali.
Inawgurazzjoni tar-Restawr tal-Pedestal tas-Salib
Wara l-Quddiesa tal-Ħadd tas-7.00pm se ninawguraw ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq il-Pedestal tas-Salib li jintuża fil-Purcissjoni tal-Ġimgħa il-Kbira. Ix-xogħol ta’ restawr kemm fl-injam, kif ukoll fl-induratura tad-deheb sar minn Jesmond Bonello.
Laqgħat għall-Ġenituri u l-Parrini
Il-laqgħat li huma marbuta maċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma li se jsiru wara il-quddiesa tas7.00pm kif ġej:
- Il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru: Laqgħa ġenituri u parrini ta’ tfajliet bniet li se jirċievu il-Grizma,
- Is-sibt 25 ta’ Settembru: Laqgħa ġenituri u parrini ta’ tfal subien li se jirċievu il- Griżma
Matul dawn il- ġranet l-adoloxxenti li se jirċievu s-sagrament tal-Griżma se jkollhom ħinijiet dedikati għalihom għall-Qrar.
Laqgħat tal-Gruppi u l-Għaqdiet fi ħdan il-Parroċċa
Issa li qed noqorbu lejn tmiem is-Sajf jerġgħu jibdew jiltaqgħu il-gruppi u l- għaqdiet fi ħdan il-parroċċa fuq bazi regolari.
Għaldaqstant fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ ta’ Warda ser jerġgħu jibdew il- laqgħat għall-adoloxxenti żgħażagħ, minn 13 sa 16-il sena. Il-laqgħat isiru kull nhar t’Erbgħa fis-7.30pm. Jekk hawn xi adoloxxenti żgħażagħ li jixtiequ jingħaqdu ma’ dan il-grupp huma mħeġġin biex jattendu nhar l-Erbgħa fis-7.30pm, f’Ta Warda.
L-Azzjoni Kattolika Sezzjoni Nisa se jibdew jiltaqgħu mill-ġimgħa ta’ wara.
Il-Ġabra Speċjali għal din il-ġimgħa ser tkun għall-Art Imqaddsa.
Nitolbu għal ħuna li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Nenu Chircop. Agħtih O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.