Kampanja “Ilbes u Itma’”
F’isem il-Kummissjoni Djakonija tad-Djoċesi, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li offrew ħwejjeġ u/jew donazzjonjiet fil-kampanja li saret il-ġimgħa l-oħra bit-Tema “Ilbes u itma’” għall-familji fil-bżonn.
Ftuħ tal- Knisja Arċipretali matul din il-ġimgħa
- It-Tnejn, peress li hemm funeral fit-8:00am, se tkun miftuħa mis 7:00am sa 7:30am. Għall-funeral se tingħata prijorita lil qraba. Filgħaxija bejn is-6:00pm u s-7:00pm.
- Mit-Tlieta sas-Sibt, mis-7:00am sa 8:30am u mis-6:00 sa 7:00pm. Tqarbin isir għal min jixtieq f’ħinijiet varji.
- Il-Ħadd, il- Knisja Arċipretali tiftah mi-7:00am sal-10:00am u mis-6:00pm sa 7:00pm, għal talb privat. Tqarbin isir għal min jixtieq f’ħinijiet varji.
Ħniena Divina
Nhar il-Ħadd niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina.
Nitolbu għall-oħtna Maria Arena li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtiha O Mulej id-dawl ta’ dejjem.