Ħadd il-Għid
Fid-9.00am toħroġ il-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Fid-9.30am ikollna quddiesa speċjali tal-Għid għat-tfal u l-familji. F’nofsinhar isir it-tberik tal-figolli fuq iz-zuntier.
Żjara Dar tal-Kleru
Nhar it-Tlieta 11 ta’ April, filgħodu se ssir żjara għad-Dar tal-Kleru. It-trasport jitlaq fid-9.00am minn ħdejn l-iskola. Min jixtieq jattendi jkellem lil Carmen Cilia.
Laqgħa Padre Pio
Nhar it-Tlieta 11 ta’ April filgħaxija jmiss laqgħa oħra tal-Grupp ta’ San Pio. Il-laqgħa tkun fl-4.30pm bil-quddiesa.
Via Lucis
Il-Ħamis 13 ta’ April fis-6.00pm se ssir il-Via Lucis b’meditazzjonijiet fuq il-misteru tal-Qawmien ta’ Kristu.
Festa Ħniena Divina
Nhar il-Ħadd 16 ta’ April niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Fil-5.30pm ikollna quddiesa kantata u wara tkompli adorazzjoni.
Festa tal-Lunzjata
Is-Sibt u l-Ħadd 15 u 16 ta’ April issir il-festa tal-Lunzjata fil-Kappella dedikata lilha. F’dawn il-jumejn ikun hemm Rużarju fis-6.30pm u Quddiesa fis-7.00pm.
Ringrazzjament għas-sehem f’dawn il-festi tal-Għid
Nixtiequ nirringrazzjaw:
- Il-Kunsill Lokali u l-Pulizija għad-disponibbiltà u s-servizz tagħhom f’dawn il-ġranet.
- Il-Kumitat responsabbli mill-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li rsista u ħadem ħafna.
- Il-Każin Banda San Filep u 12th May Band Club li taw sehemhom fil-purċissjonijiet.
- Dawk li offrew li jieħdu sehem u jgħinu fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
- Is-saċerdoti, il-kor u l-abbatini għas-sehem tagħhom waqt il-funzjonijiet liturġiċi.
- Is-sagristani u helpers li jarmaw il-knisja.
- Il-grupp tan-nisa li jieħdu ħsieb it-tindif tal-knisja.
- Dawk li jieħdu ħsieb id-daqq tal-qniepen.
F’isem il-Kleru u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali, nawgura lil kulħadd l-Għid it-tajjeb.
Ġabra Speċjali
Il-ġabra speċjali li saret il-Ħadd li għadda kienet ta’ €1,472. Nirringrazzjawkom.
Nitolbu għal Carmelo Cuschieri u Maria Dolores Xuereb, li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.