Quddiesa waħda nhar ta’ Ħadd
Infakkru li minn dan il-Ħadd filgħaxija jibda jkun hawn quddiesa waħda, dik tas-7.00pm. Ma jkunx hawn il-quddiesa tal-5.30pm.
Offerta għall-Papa
Il-ġbir li sar il-Ħadd li għadda bħala Offerta għall-Papa laħaq is-somma €1,942. B’din il-ġabra, li ssir mad-dinja kollha fil-Knisja, il-Papa jkun jista’ jifrex il-ħidma tiegħu ta’ karita’ ma’ dawk milqutin minn diżastri naturali, gwerer u emerġenzi oħra.
Ħarġiet għall-baħar
Infakkru fil-ħarġiet għall-baħar kull nhar ta’ Tlieta wara nofsinhar organizzati mill-Grupp tal-Fundraising. L-ewwel ħarġa se tkun nhar it-Tlieta li ġej. Min hu nteressat ikellem lil xi ħadd mill-membri.
Nitolbu għal ħutna Miriam Galea, Ġanni Borg u Carmen Sultan, li mietu matul din il-ġimgħa: Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.