Erbatax-il Ħadd matul is-Sena B

Magħmudija

Nhar il-Ħadd li ġej ikun hawn quddiesa fil-5.30pm li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

Kors ta’ Kana

Nerġgħu nfakkru lill-għarajjes li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin u li għad iridu jagħmlu l-Kors ta’ Kana, li fil-parroċċa tagħna l-kors se jibda fit-2 ta’ Ottubru. Dawk il-koppji li jixtiequ aktar informazzjoni huma mitluba li jiġu fl-Uffiċċju Parrokkjali jew ikellmu lill-Arċipriet.

Esperjenza Missjunarja fil-Perù

Grupp ta’ żgħażagħ mill-parroċċa tagħna, flimkien ma’ Fr Mario, se jkun qed jagħmel esperjenza missjunarja fil-Perù, fis-sajf tas-sena d-dieħla. Għaldaqstant se jkun organizzat BBQ nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda b’risq din il-missjoni. Bookings mis-Sagristija.

Privinċjal Salesjana Maltija

Nifirħu lil Fr Eric Cachia, Salesjan mill-parroċċa tagħna, li ġie magħżul bħala Provinċjal għall-Provinċja Salesjana Maltija. Filwaqt li nifirħulu, nitolbu għalih biex il-Mulej ikun miegħu f’din ir-responsabbiltà fdata lilu mill-Knisja.

Laqgħa għall-Barranin

Il-Ħamis 11 ta’ Lulju, għal dawk il-barranin li jgħixu fil-parroċċa, se ssir laqgħa li tibda fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Jekk tafu b’xi wħud li jistgħu jkunu interessati, tajjeb li tinfurmawhom b’din il-laqgħa.

On Thursday 11th July, parishioners coming from other countries are invited for a meeting entitled “Reconciled”. The meeting starts at 8.00pm at Ta’ Warda Centre. For further information, those who are interested may speak to Fr Malcolm.

Ġabra għall-Papa

Il-ġbir li sar il-Ħadd li għadda bħala Offerta għall-Papa laħaq is-somma ta’ €2,600. B’din il-ġabra, li ssir mad-dinja kollha fil-Knisja, il-Papa jkun jista’ jifrex il-ħidma tiegħu ta’ karita’.  

Nitolbu għal ħutna George Camilleri u Maria Theresa Schembri, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.