Festa ta’ Marija Assunta
Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd (filgħodu 7.00am, 8.00am, 9.30am u 11.00am u filgħaxija 7.00pm). Lejlet il-festa, l-Erbgħa filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-6.30pm.
F’dawn il-ġranet qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija fil-knisja dedikata lilha f’Ħal Muxi. L-Erbgħa, lejlet il-festa, ikun hemm rużarju fis-7.15pm u wara quddiesa. Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu, jum il-festa, ikun hemm quddiesa fit-8.00am; fl-10.00am quddiesa għat-tfal; u fis-7.30pm quddiesa tal-festa. Aktar dettalji dwar l-attivitajiet marbutin ma’ din il-festa ssibuhom fil-programm li hemm fin-noticeboards.
Uffiċju Parrokkjali
Navżaw li nhar il-Ġimgħa (16/8), l-għada ta’ Santa Marija, l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.
Attivita’ għat-Tfal
It-Tnejn 19 ta’ Awwissu, bħala Parroċċa se nkunu qed norganizzaw attivita’ oħra għat-tfal minn Year 1 sa Year 6, li se tinkludi talb, krafts u logħob. L-attivita’ se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija.
Laqgħa għall-barranin li jgħixu fil-parroċċa
Il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu, għal dawk il-barranin li jgħixu fil-parroċċa, se ssir laqgħa bl-isem “Have Your Say”, li tibda fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Jekk tafu b’xi wħud li jistgħu jkunu interessati, tajjeb li tinfurmawhom b’din il-laqgħa.
On Friday 23rd August, parishioners coming from other countries are invited for a meeting entitled “Have Your Say”. The meeting starts at 8.00pm at Ta’ Warda Centre. For further information, those who are interested may speak to Fr Malcolm Saliba.
Ġabra għall-bżonnijiet tal-knisja
Il-ġabra speċjali li saret is-Sibt u l-Ħadd li għadda għall-bżonnijiet tal-knisja kienet ta’ €1,203. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.
Nitolbu għal Marija Carmela Psaila, li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.