It-Tielet Ħadd tar-Randan – Sena B

Kors ta’ Eżerċizzi għal kulħadd

Se jkun organizzat fil- Knisja Arċipretali jibda’ t-Tnejn, 8 ta’ Marzu, wara il-quddiesa tas-6.30pm. Imexxi dan il-Kors Fr Reuben Micallef, Kappillan ta’ Pembroke.

Ġabra għas-Seminarju

Fi Tmiem il-Ġimgħa li ġejja se ssir il-ġabra b’risq is-Seminarju. Is-Seminarju huwa l-post fejn jitħejjew is-saċerdoti ta’ għada. Dejjem kellna għal qalbna dan il-post. Għalhekk bħal dejjem inħeġġukom sabiex tkunu ġenerużi. Din is-sena mhux se jkollna seminaristi fostna għax in-numru ta seminaristi fis-seminarju naqqas ħafna. Għaldaqstant inħeġġukom titolu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali. 

Quddiesa Padre Pio

Nhar it-Tlieta fil-Knisja Arċipretali fil-5.00pm

Ħarġet direttiva mill- Kurja li laqgħat ta’ gruppi ġew sospiżi kollha sal-11 ta’ April. Din tinkludi laqgħat tal-Azzjoni Kattolika, tal-Legjun ta’ Marija, taż-Żagħżagh ta’ Warda, eċċ.

Fratellanza San Ġuzepp

Min jixtieq jinkiteb fil-fratellanza ta’ San Ġużepp , iħalli ismu mall-Arċipriet

Donazzjonijiet

L-Arċipriet jixtieq jirringrazzja numru ta’ benefatturi li b’donazzjonijiet separati matul din il-ġimgħa għaddewlna €1,400 għall-bżonnijiet tal-parroċċa f’dan iż-żmien diffiċli.   Grazzi u nitolbu għalihom.

Nitolbu għall-ħutna Ġuża Farrugia u Charlene Farrugia li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

It-Tieni Ħadd tar-Randan – Sena B

Eżerċizzi Spiritwali Għall-Koppji

Jibdew minn nhar it-Tnejn li ġej, fil- Knisja Arċipretali wara il-Quddiesa tas-6:30pm. Il-kors se jmexxieħ Fr Brendan Gatt. Inħeġġu lill-koppji biex ma jitilfux dan il-kors ta’ eżercizzi.

Kors ta’ Eżerċizzi Għal Kulħadd

Dan il-kors se jkun organizzat fil-Knisja Arċipretali bejn it-8 u t-12 ta’ Marzu, wara il-quddiesa tas-6:30pm. Imexxi dan il-kors Fr Reuben Micallef, Kappillan ta’ Pembroke.

Donazzjonijiet

L-Arċipriet jixtieq jirringrazzja erba’ benefatturi li b’donazzjonijiet separati matul din il-ġimgħa għaddewlna €700 għall-bżonijiet tal-parroċċa f’dan iż-żmien diffiċli . Grazzi u nitolbu għalihom.

Nitolbu għall-ħutna Filippa Zammit u Grace Cachia li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

L-Ewwel Ħadd tar-Randan – Sena B

Eżerċizzi Spiritwali Għall-Koppji

Bejn 1 u 5 ta’ Marzu2021, se jiġi organizzat kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għall-Koppji. Il-Kors se jmexxih Fr Brendon Gatt. Inħeġġu lill-koppji biex ma jitilfux dan il-Kors ta’ eżerċizzi.

L-Ewwel Tqarbina 2021

L-Ewwel tqarbina din is-sena se ssir fuq zewġt Ħdud: 30 ta’ Mejju 2021 u 6 t’ Gunju 2021. 
L-Ewwel Tqrbina għat-tfal Subien se ssir fid-9.00am filwaqt li għall-bniet se ssir fil-5.00pm.

Proġett Restawr tal-Koppla tal-Knisja Arċipretali.

Ġejna allokati  Fondi Ewropej biex isir ir-restawr tal-Koppla tal-Knisja Arċipretali . Ħajr lill-Onerevoli Aaron Farrugia li għina biex dawn il-fondi jkunu allokati lill-Parroċċa. Bħalissa il-Perit Mario Ellul qed jaħdem fuq it-tender, li jekk il- bambin irid, fil-ġimgħat li ġejjin toħroġ sejħa għall-offerti. Dan il-proġett se jkun ikkordinat mill-Fondzzjoni għall-Patrimonju Kulturali  tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Bħala parroċċa aħna ukoll irridu noħorġu s-sehem tagħna. Nirringrazzjawkom dejjem tal-ġenerożita’ tagħkom.

Donazzjoni

L-Arċipriet jixtieq jirringrazzja ukoll lill-benefattrici li tagħtna €1,000 għall-bżonnijiet tal-parroċċa f’dan iż-żmien diffiċli .   

Nitolbu għall-ħutna Ġużeppi Pisani, Alexander Zammit McKeon,  Carmelo Seguna, Nina Ciantar u Alfred Galea, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa. Agħtihom o Mulej il-ħajja ta’ dejjem.