Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B

Reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu

Matul din il-ġimgħa tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna minn Ottubru li ġej huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali.

Laqgħa Grupp Padre Pio

It-Tlieta jiltaqa’ l-Grupp ta’ San Padre Pio, wara l-waqfa tas-sajf. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm b’rużarju meditat u wara toħroġ il-quddiesa ta’ filgħaxija.

Attivita’ soċjali fiċ-Ċentru Ta’ Warda

L-Erbgħa 11 ta’ Settembru, fis-7.00pm, fiċ-Ċentru Ta’ Warda jkollna l-attività soċjali bit-tombla b’risq il-missjoni li grupp ta’ żgħażagħ mill-parroċċa se jagħmlu fil-Perù fis-sajf tas-sena d-dieħla. Bookings mis-sagristija.

Quddies u adorazzjoni fil-Kappella tas-Seminarju

Is-Sibt 14 ta’ Settembru, fil-Kappella tas-Seminarju, ir-Rabat, fil-5.30pm se jkun hemm Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet. Se jiġi organizzat trasport li jitlaq fil-5.00pm minn ħdejn il-posta. Dawk li jixtiequ jużaw it-trasport jinkitbu fis-sagristija jew ikellmu lil Carmen Cilia.

Festa ta’ Marija Addolorata

Il-Ħadd li ġej niċċelebraw il-festa ta’ Marija Addolorata. L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu ġranet tat-Tridu. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bil-prietka minn Patri Llewellyn Muscat Preca O.P. Il-Ħadd fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni minn Fr Malcolm Saliba. Wara toħroġ il-purċissjoni akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju li se tgħaddi minn Misraħ San Filep, Triq Sciortino, Triq Frans Sammut u Triq il-Kbira. Ħdejn il-bibien tal-knisja hemm leaflet bil-programm u miegħu envelope biex min jixtieq jagħmel offerta b’riżq din il-festa. L-envelopes bl-offerti jintefgħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-artal.

Attivita’ għat-Tfal

It-Tlieta 17 ta’ Settembru se nkunu qed norganizzaw l-aħħar attivita’ tas-sajf għat-tfal minn Year 1 sa Year 6. L-attivita’, li se tinkludi quddiesa u logħob, se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija jew minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa.

Ġabra Speċjali

Qed issir Ġabra Speċjali b’riżq il-proġett li għaddej bħalissa fis-sagristija biex ikollna servizzi sanitarji ġodda (toilets) aktar spazjużi u moderni. L-istima ta’ dan il-proġett se tkun ta’ madwar tlettax-il elf ewro (€13,000). Sar ukoll xogħol ta’ restawr u tindif fuq l-istatwa tal-Madonna tad-Duluri li kellha wkoll xi ħsarat. Napprezzaw ħafna l-kontribuzzjoni u l-għajnuna tagħkom għal dan ix-xogħol li qed isir.

Nitolbu għal Antonia Bonanno, Sapienza Saliba, Agatha Agius, Joseph Schembri u John Spiteri, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B

Adorazzjoni

Il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, wara l-qudddiesa tas-7.00am ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am.

Quddiesa u Adorazzjoni s-Seminarju

Is-Sibt 14 ta’ Settembru, fil-Kappella tas-Seminarju, ir-Rabat, fil-5.30pm se jkun hemm Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet. Se jiġi organizzat trasport li jitlaq fil-5.00pm minn ħdejn il-posta. Dawk li jixtiequ jużaw it-trasport jinkitbu fis-sagristija jew ikellmu lil Carmen Cilia.

Ħarġa Festa tal-Vitorja

Il-Ħadd 8 ta’ Settembru se ssir ħarġa għall-Festa tal-Vitorja fil-Mellieħa. Trasport jitlaq minn ħdejn il-Posta fl-4.30pm. Dawk li huma interessati jikkuntattjaw lil Maria Cardona.

Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu

Qed nilqgħu r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna minn Ottubru li ġej huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali, mis-Sagristija, miċ-ċentri tal-katekiżmu, kif ukoll minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa tagħna. 

Tombla b’risq il-missjoni fil-Perù

Se ssir attività soċjali bit-tombla b’risq il-missjoni li grupp ta’ żgħażagħ mill-parroċċa se jagħmlu fil-Perù s-sena d-dieħla. L-attività se ssir l-Erbgħa 11 ta’ Settembru fis-7.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Bookings mis-sagristija.

Donazzjonijiet b’risq il-Filippini

Sr Marianne Farrugia tal-Kongregazzjoni Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, tixtieq tirringrazzja lil kull min ta donazzjoni b’risq il-missjoni fil-Filippini. Intlaħqet is-somma ta’ €4,000.

Nitolbu għal ħutna Carmelo Chircop, Rose Balzan, Saviour Mizzi, Joseph Schembri u Carmen Buttigieg, li għaddew għal-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B

Adorazzjoni

Nhar il-Ħamis 29 ta’ Awwissu fis-6.00pm, qabel il-quddiesa ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija.

Ħarġa Festa tal-Vitorja

Se ssir ħarġa għall-Festa tal-Vitorja fil-Mellieħa nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru. Trasport jitlaq minn ħdejn il-Posta fl-4.30pm. Dawk li huma interessati jikkuntattjaw lil Maria Cardona.

Nitolbu għal Anthony Borg, Rose Caruana u Joseph Camilleri, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena B

Attivita’ għat-tfal f’Ta’ Warda

It-Tnejn 19 ta’ Awwissu, ikollna l-attivita’ għat-tfal minn Year 1 sa Year 6, li se tinkludi talb, krafts u logħob. L-attivita’ se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija.

Adorazzjoni

Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech, fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand is-Sorijiet) fl-10.00am.


Laqgħa għall-Barranin | Meeting for Foreigners

Il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu, se ssir il-laqgħa għal dawk il-barranin li jgħixu fil-parroċċa, fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Jekk tafu b’xi wħud li jistgħu jkunu interessati, ikun apprezzat jekk tinfurmawhom b’din il-laqgħa.


On Friday 23rd August, parishioners coming from other countries are invited for a meeting entitled “Have Your Say”. The meeting starts at 8.00pm at Ta’ Warda Centre. For further information, those who are interested may speak to Fr Malcolm Saliba.


Attivita’ bejn iż-Żgħażagħ u l-Anzjani

Il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, bejn id-9.00am u l-11.00am, se ssir attività soċjali bejn żgħażagħ u anzjani, organizzata mill-grupp taż-żgħażagħ tal-Leġjun ta’ Marija. L-attività se ssir fis-Sala tas-Sorijiet. Aktar dettalji ssibuhom fuq in-noticeboards tal-knisja.

Nitolbu għal Teresa Muscat u Grazia Camilleri, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Dsatax-il Ħadd matul is-Sena B

Festa ta’ Marija Assunta

Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd (filgħodu 7.00am, 8.00am, 9.30am u 11.00am u filgħaxija 7.00pm). Lejlet il-festa, l-Erbgħa filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-6.30pm.

F’dawn il-ġranet qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija fil-knisja dedikata lilha f’Ħal Muxi. L-Erbgħa, lejlet il-festa, ikun hemm rużarju fis-7.15pm u wara quddiesa. Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu, jum il-festa, ikun hemm quddiesa fit-8.00am; fl-10.00am quddiesa għat-tfal; u fis-7.30pm quddiesa tal-festa. Aktar dettalji dwar l-attivitajiet marbutin ma’ din il-festa ssibuhom fil-programm li hemm fin-noticeboards.

Uffiċju Parrokkjali

Navżaw li nhar il-Ġimgħa (16/8), l-għada ta’ Santa Marija, l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.

Attivita’ għat-Tfal

It-Tnejn 19 ta’ Awwissu, bħala Parroċċa se nkunu qed norganizzaw attivita’ oħra għat-tfal minn Year 1 sa Year 6, li se tinkludi talb, krafts u logħob. L-attivita’ se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija.

Laqgħa għall-barranin li jgħixu fil-parroċċa

Il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu, għal dawk il-barranin li jgħixu fil-parroċċa, se ssir laqgħa bl-isem “Have Your Say”, li tibda fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Jekk tafu b’xi wħud li jistgħu jkunu interessati, tajjeb li tinfurmawhom b’din il-laqgħa.

On Friday 23rd August, parishioners coming from other countries are invited for a meeting entitled “Have Your Say”. The meeting starts at 8.00pm at Ta’ Warda Centre. For further information, those who are interested may speak to Fr Malcolm Saliba.

Ġabra għall-bżonnijiet tal-knisja

Il-ġabra speċjali li saret is-Sibt u l-Ħadd li għadda għall-bżonnijiet tal-knisja kienet ta’ €1,203. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.

Nitolbu għal Marija Carmela Psaila, li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Tmintax-il Ħadd matul is-Sena B

Velja ta’ talb – trasport

Infakkru li qed jiġi organizzat transport għal dawk li jixtiequ jattendu għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar l-Erbgħa 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija. It-trasport jitlaq fl-4.15pm minn ħdejn il-posta. Dawk li jixtiequ jattendu għandhom ikellmu lil Joe Micallef (tal-Legion of Mary) sal-11 ta’ Awwissu.

Adorazzjoni

Nhar il-Ħamis 8 ta’ Awwissu fis-6.00pm, qabel il-quddiesa ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija.

Magħmudija

Il-Ħadd li ġej 11 ta’ Awwissu jkun hawn quddiesa fil-5.30pm li fiha jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

Nitolbu għal ħuna Joseph Bonello, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. 

Sbatax-il Ħadd matul is-Sena B

Festa ta’ San Ġużepp

Il-Ħadd, 28 ta’ Lulju fit-8.00am ikollna il-quddiesa solenni immexxija minn Mons. Ġorġ Frendo, Arċisqof Emeritu ta’ Tirana-Durres, l-Albanija, bil-paniġierku minn Mons. Edward Xuereb. Il-quddiesa ta’ wara tkun fl-10.00am għat-tfal u l-familji.

Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.

Min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjeż tal-festa ta’ San Ġużepp huwa mitlub jitfa’ l-offerta tiegħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar. L-offerti li nġabru mill-inizjattiva Ċirku Dsatax minn diversi benefatturi għal din il-festa laħqu s-somma ta’ €1,130. Nirringrazzjaw lil kull min jagħti s-sehem tiegħu.

Adorazzjoni

Il-Ħamis, 1 ta’ Awwissu fis-6.00pm fil-Knisja Arċipretali jkun hawn nofs siegħa adorazzjoni sa qabel il-quddiesa tas-6.30pm.

L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Awwissu wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am.

Trasport għat-Talb tal-Assunta

Se jiġi organizzat trasport għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar l-Erbgħa 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija. Għalhekk dawk li jixtiequ jattendu u jibbukkjaw, għandhom ikellmu lil Joe Micallef (tal-Legion of Mary) sal-11 ta’ Awwissu.

Korsijiet tal-Fakulta’ tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta

F’Ottubru li ġej, il-Fakulta’ se toffri   korsijiet ta’ livelli differenti fit-Teoloġija, Studji Reliġjużi, Pastoral Psychology, Spiritwalita’, Akkumpanjament Spiritwali, Environmental Ethics u Matrimonial Canon Law. Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku jew il-paġna tal-Facebook tal-Fakulta’ tat-Teoloġija.

Sittax-il Ħadd matul is-Sena B

Quddies Speċali għan-Nanniet

Għada l-Ħadd, 21 ta’ Lulju, għall-quddiesa tal-familja tad-9.30am huma mistiedna b’mod speċjali n-nanniet b’rabta ma’ Jum in-Nanniet qrib il-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li l-Knisja tfakkar fis-26 ta’ Lulju.

Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fis-Santwarju

il-Ħadd, 21 ta’ Lulju, Mons. Anton Cassar, Rettur tas-Santwarju Qalb ta’ Ġesù, fis-6.15pm se jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr fis-Santwarju stess fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Min jixtieq jista’ jingħaqad miegħu.

Festa ta’ San Ġużepp

  • It-Tnejn fit-7.45pm issir quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier. Wara jsir il-ħruġ tal-vara min-niċċa u l-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp.
  • Il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu jiem tat-Tridu. Il-quddiesa ta’ filgħaxija fis-6.30 tkun bil-prietka minn Patri Juan Debono O.C.D (Tereżjan). Wara l-quddiesa tingħad il-kurunella, jitkantaw l-innu u l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
  • Is-Sibt, l-aħħar jum tat-Tridu, fis-6.00pm isir l-Ewwel Għasar kantat u tingħad il-Kurunella. Fis-6.30pm quddiesa bil-prietka tat-Tridu. Wara l-funzjoni tat-Tridu jitkanta Te Deum u Barka Sagramentali.
  • Il-Ħadd, nhar il-Festa, fit-8.00am issir il-quddiesa solenni immexxija minn Mons Ġorġ Frendo, Arċisqof Emeritus ta’ Tirana-Durres, l-Albanija, bil-paniġierku minn Mons Edward Xuereb. Il-quddiesa ta’ wara tkun fl-10.00am għat-tfal u l-familji.
  • Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni immexxija mis-saċerdot novell Fr Malcolm Saliba, li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.

Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm sħiħ u miegħu hemm envelope biex wieħed jagħmel offerta għall-festa. Ġentilment mitluba biex l-envelope bl-offerta tagħkom titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar.

Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena B

Adorazzjoni

It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet.

BBQ b’riżq l-esperjenza Missjunarja

Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju, se jkun hemm il-BBQ fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda organizzat minn grupp ta’ żgħażagħ li se jkun qed jagħmel esperjenza missjunarja fil-Perù, fis-sajf tas-sena d-dieħla. Bookings mis-Sagristija.

Jum in-Nanniet u Magħmudija

Il-Ħadd li ġej, 21 ta’ Ġunju, b’rabta mal-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, niċċelebraw Jum in-Nanniet. Il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Nistiednu b’mod speċjali lin-nanniet biex jattendu għal din il-quddiesa flimkien mal-familji tagħhom.

Il-Ħadd li ġej ukoll, ikun hawn quddiesa fil-5.30pm li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

Quddies ta’ Radd il-Ħajr fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’

Il-Ħadd li ġej, 21 ta’ Ġunju, Mons. Anton Cassar, Rettur tas-Santwarju Qalb ta’ Ġesù, fis-6.15pm se jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr fis-Santwarju stess fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Min jixtieq jista’ jingħaqad miegħu.

Fuljett u Ġabra għall-Festa ta’ San Ġużepp

Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm tal-Festa ta’ San Ġużepp li se niċċelebrawha l-Ħadd 30 ta’ Lulju. Miegħu hemm envelope biex wieħed jagħmel offerta għall-festa. L-envelope bl-offerta tagħkom nitolbukom iġġibuh magħkom fil-knisja u titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar.

Ġabra Speċjali

Il-Ġabra Speċjali li saret il-Ħadd li għadda għall-bżonnijiet tal-Knisja kienet €1,500. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna li tagħtu permezz tal-offerti tagħkom.

Nitolbu għal ħutna Joseph Micallef u Saverina Marmarà, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Erbatax-il Ħadd matul is-Sena B

Magħmudija

Nhar il-Ħadd li ġej ikun hawn quddiesa fil-5.30pm li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

Kors ta’ Kana

Nerġgħu nfakkru lill-għarajjes li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin u li għad iridu jagħmlu l-Kors ta’ Kana, li fil-parroċċa tagħna l-kors se jibda fit-2 ta’ Ottubru. Dawk il-koppji li jixtiequ aktar informazzjoni huma mitluba li jiġu fl-Uffiċċju Parrokkjali jew ikellmu lill-Arċipriet.

Esperjenza Missjunarja fil-Perù

Grupp ta’ żgħażagħ mill-parroċċa tagħna, flimkien ma’ Fr Mario, se jkun qed jagħmel esperjenza missjunarja fil-Perù, fis-sajf tas-sena d-dieħla. Għaldaqstant se jkun organizzat BBQ nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda b’risq din il-missjoni. Bookings mis-Sagristija.

Privinċjal Salesjana Maltija

Nifirħu lil Fr Eric Cachia, Salesjan mill-parroċċa tagħna, li ġie magħżul bħala Provinċjal għall-Provinċja Salesjana Maltija. Filwaqt li nifirħulu, nitolbu għalih biex il-Mulej ikun miegħu f’din ir-responsabbiltà fdata lilu mill-Knisja.

Laqgħa għall-Barranin

Il-Ħamis 11 ta’ Lulju, għal dawk il-barranin li jgħixu fil-parroċċa, se ssir laqgħa li tibda fit-8.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Jekk tafu b’xi wħud li jistgħu jkunu interessati, tajjeb li tinfurmawhom b’din il-laqgħa.

On Thursday 11th July, parishioners coming from other countries are invited for a meeting entitled “Reconciled”. The meeting starts at 8.00pm at Ta’ Warda Centre. For further information, those who are interested may speak to Fr Malcolm.

Ġabra għall-Papa

Il-ġbir li sar il-Ħadd li għadda bħala Offerta għall-Papa laħaq is-somma ta’ €2,600. B’din il-ġabra, li ssir mad-dinja kollha fil-Knisja, il-Papa jkun jista’ jifrex il-ħidma tiegħu ta’ karita’.  

Nitolbu għal ħutna George Camilleri u Maria Theresa Schembri, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.