Ħmistax-il Ħadd Matul is-Sena B

Kunsill Pastorali Parrokkjali

It-Tnejn, 12 ta’ Lulju, se jiltaqa’ il- Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.30pm . Inħeġġu lill-membri biex jattendu.

Ċertifikati tal-Ewwel tqarbina u tal-Ġrizma

Certifikati  tal-Ewwel tqarbina u tal-Ġrizma li saru s-sena l-oħra jistgħu jinġabru mill-uffiċċju parrokkjali, f’Misraħ l-isptar.

Ilbies tal-maskri

Infakkru li l-maskri jridu jibqgħu jintlibsu anke fil-knisja. Dan biex nibżgħu għas-saħħa ta’ xulxin.

Tilqima kontra il-Covid-19

Inħeġġu li min għadu ma ħax  it-tilqima kontra il- Covid-19 li jagħmel dan.

Ħarġiet għal ħdejn il-Baħar

Kull nhar ta’ Tlieta, fis 2.00pm minn ħdejn il-posta.  Min hu interessat ikellem lin-nies tas-soltu.

Il-Ġabra Speċjali għal din il-ġimgħa huwa b’risq il- Knisja. Inħeġġukom tkunu ġeneruzi.

Komunikazzjoni mill-Parroċċa

L-Arċipriet il-ġdid għas-snin li ġejjin se jkun Fr Albert Buhagiar. Fr Albert Buhagiar twieled f’Ħal Tarxien fid-19 ta’ Awwissu tal-1964. Fr Albert serva bħala viċi Kappillan fil-Parroċċa tal-Gżira u fil-Parroċċa taż-Żejtun. Fl-1996 ġie appuntat  segretarju privat tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca.  Huwa kien ukoll arċipriet tal-Parroċċi tas-Siġġiewi u tal-Mosta. F’Jannar tal-2017 nħatar bħala Rettur tas-Seminarju tal-Arċisqof.

Issa li tħabbret din in-nomina, jiskatta il-proċess ta’ transizzjoni tal-Parrokkjat tal-Arċipriet Fr Daniel, għal dak ta’ Fr Albert, l-arċipriet il-ġdid.

Din it-transizzjoni (ħandover) se ssir fuq tlett xhur u se ssir hekk:

  • Fr Albert fix-xahar ta’ Lulju se jagħti handover lil ta’ warajh, fejn kien qed iservi bħala Rettur tas-Seminarju.
  • Fix-xahar ta’ Awwissu wara li jieħu ftit ġranet ta’ mistrieħ, tibda’ il- handover min-naħa ta’ Fr Daniel li se tikkonsisti f’diversi  laqgħat ma’ l-Kleru, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjonijiet, l-Għaqdiet u l-gruppi fi ħdan il-parroċċa.

Fr Daniel se jibqa’ amministratur tal-Parroċċa sas-17 ta’ Ottubru 2021, fejn dakinhar fis-7.00pm jiċċelebra  l-aħħar quddiesa ta’ radd il-Ħajr lil Alla u lill-poplu Żebbuġi.

Fr Albert imbagħad jieħu l-amministrazzjoni tal-Parroċċa f’idejh u eventwalment titħabbar id-data meta b’mod uffiċċjali jieħu il-pusses tal-Parroċċa. Tajjeb li nilqgħu b’qalb miftuħa lill-Arċipiriet il-ġdid meta jibda’ jiġi fostna.

Fr Daniel jixtieq jirringrazzja lil kull min ċempillu, kelmu jew bagħtlu messaggi, kemm personali  kif ukoll fuq il-midja soċjali, ta’ apprezzament għall-ħidma tiegħu f’dawn il-ġranet issa li qed joqrob lejn it-tmiem il-parrokkjat tiegħu.

Fr Daniel se jkun għal numru ta’ xhur fuq żmien sabbatiku, fejn ser jagħmel diversi esperjenzi pasotrali fi xtutna, u barra minn xtutna.

Inħabbru wkoll li se jkollna viċi-arċipriet ġdid ukoll li se jibda’ jservi fil-parroċċa tagħna. Il-viċi-Arċipriet il-ġdid se jkun Fr Mario Dimech, mis-Siġġiewi, li għal dawn l-aħħar 10 snin serva bħala viċi-Arċipriet fil-parroċċa tal-Mellieħa.  Fr Mario għandu jingħaqad magħna ukoll minn Awwissu.

Erbatax-il Ħadd matul is-Sena B

Ħarġiet għal ħdejn il-baħar

Dawn il-ħarġiet ser ikunu organizzati mill-grupp tal-Fundraising u ser isiru nhar ta’ Tlieta fis-2.00pm, tluq minn ħdejn il- posta.  Min hu nteressat ikellem lin-nies tas-soltu

Ġabra għall-Papa

Il-Ġabra tal-Papa li saret fi tmiem il-Ġimgħa l-oħra laħqet is-somma ta’ €1200 (li tinkludi  €180 mis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’)

Nitolbu għal oħtna li għaddiet għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Rosaria Chircop Agħtiha, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Tlettax-il Ħadd Matul is-Sena ‘B’

Tender restawr tal-koppla

Infakkru li t-Tender tar-Restawr tal-Koppla tal-Knisja Arċipretali  ġie ppubblikat. Wieħed jista’ jakkwista dan id-dokument mill-website tal-Knisja sas-16 ta’ Lulju 2021. Jekk  xi ħadd jaf b’xi kuntrattur tal-affari tiegħu u kapaċi għal dan ix-xogħol, mħeġġin biex tinfurmawh.

Quddies Fis-Sajf

Kif nagħmlu f’kull sajf f’Lulju, il-Ħdud filgħaxija jibda’ jkollna quddiesa waħda, dik tas-7.00pm. Il- bqija il-quddies jibqa’ bħas-soltu.

Fannijiet Fil- Knisja

Il- Fannijiet fil-Knisja qiegħdin hemm biex jintużaw. Jekk xi ħadd idejqu il-fan isib post il-bogħod mill-fan u mhux jitfih. Napprezzaw il-kooperazzjoni tagħkom u għas-sens komun.

Ilbies fil-Knisja

Nifhmu issa li s-sħana bdiet tikkarga sew, pero mportanti li fil- Knisja niġu liebsa bi lbies li jixraq id-dar ta’ Alla.

Flimkien Lulju 2021

Ngħarrfukom li l-magazin Flimkien ta’ Lulju, għalkemm għadu mhux qed jitqassam fid-djar, minn dan ix-xahar tistgħu terġgħu ssibuh fil-bieb tal-knisja. Jekk jogħġobkom tieħdux aktar minn kopja waħda kull familja, għax in-numru huwa limitat.

Min irid jista’ jaqra dan il-magażin online billi. jagħfas hawn

Il-Ġabra speċjali għal din il-ġimgħa hija għall-Papa.

Tnax-il Ħadd Matul is-Sena B

Festa ta’ San Filep

Ilkoll naqblu li ċċelebrajna festa sabiħa fiċ-ċirkostanzi li qiegħdin fihom. Filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla li l-festa għaddiet b’wiċċ il-ġid, l-Arċipriet u l-Kleru, flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu.

Qalb ta’ Ġesu’

Il- Ħadd 20 ta’ Ġunju se niċċelebraw il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. Mis-1.30pm il-quddiem, Ġesu’ Ewkaristija se jkun espost fil-Knisja sas-6.00pm għall-adorazzjoni tagħna. Fis-6.00pm ikollna Quddiesa. Fis-7.00pm tibda l-Quddiesa tal-Qalb ta’ Ġesu’, segwita minn purċissjoni qasira li ssir fil-Knisja. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina mħeggin biex jattendu.

Dwal tal-Knisja (LEDs)

Komplejna l-proġett biex id-dawl fiss tal-knisja jinqaleb kollu LEDs. Matul dawn l-aħħar ġranet biddilna d-dawl kollu tas-saqaf tal- knisja.

Tender għar-Restawr tal-Koppla tal-Knisja Arċipretali 

Dan ġie ppublikat u wieħed jista’ jakkwistah mill-website tal-arċidjoċesi (knisja.mt) sas-16 ta’ Lulju 2021. Fit-22 ta’ Lulju se jintgħażel il-kuntrattur li se jieħu x-xogħol biex eventwalment jibda ir-restawr tant mistenni. Ħajr kbira lill-Perit Mario Ellul li ħa ħsieb il-permessi u d-dokument tat-tender għal dan il-proġett, liema proġett se jkun iffinanzjat mill-fondi Ewropej.

Patrimonju tad-Dar San Ġużepp

Kien hemm sblokk fuq il-kwistjoni li kellna mall- Kurja fuq diversi oġġetti ta’ patrimonju li kienu qed jinżammu il-Kurja tal-Arċisqof għal ‘safe keeping’ li kienu ttieħdu mid-Dar San Ġużepp, meta kienet għamlet żmien ma tintużax. Fil-ġranet li ġejjin, wara li jitlestew il-formalitajiet tar-rikorsi, għandna l-kelma li se jiġu rritornati lura biex ikunu jistgħu jitgawdu mill-ġdid mill-poplu Żebbuġi.

Il-Ġabra Speċjali li saret fi tmiem il- Ġimgħa l-oħra laħqet is- Somma Sabieħa ta’ €2800.

Il-Lotterija b’risq il-Festa intrebħet bil-biljett numru 39, Serie GHI (kulur ikanġi fiċ-ċelest)

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: John Cutajar,  Ċetta Schembri u Luqa Xuereb. Agħtihom O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Festa San Filep

Attivitajiet tall-Festa

  • Il-Ħadd, Jum il-Festa, fit-8.00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni bil-paniġierku mmexxi minn Fr Jesmond Grech.
  • Fis-6.00pm Quddiesa u fis-7.00pm Quddiesa tal-Għeluq tal-Festa, li tingħalaq bil-Barka Sagramentali

Quddiesa u preżentazzjoni tat-trabi

Nhar il-Ħamis 17 ta’ Ġunju,  bil-Quddiesa fis-7.00pm, fil-Knisja Arċipretali. Peress li se tingħata tifkira żgħira, min se jattendi importanti li jinforma lill-Arċipriet.

Qalb ta’ Ġesu’

Nhar il-Ħadd 20 ta’ Ġunju, se niċċelebraw il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. Mis-1.30pm Gesu’ Ewkaristija se jkun espost fil-Knisja sas-6.00pm għall-adorazzjoni tagħna.

Fis-6:00pm jkollna Quddiesa. Fis-7.00pm tibda l-Quddiesa tal-Qalb ta’ Ġesu’ segwita minn purċissjoni qasira li ssir fil-Knisja. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina mħeggin biex jattendu.

Ktieb dwar l-istatwa ta’ San Filep

Min irid kopja tal-ktieb li għadna kemm ippubblikajna, hu ġentilment mitlub li jidħol fis-sagristija jew ikellem lill-Arċipriet. Il-prezz hu ta’ €50. Il-ktieb hu ta’ livell għoli ħafna.

Illum il-ĠABRA SPEĊJALI SE TKUN B’RIŻQ IL-FESTA TA’ SAN FILEP.

Corpus Christi

Il-Programm tal-Festa fil-Qosor

  • It-Tnejn, fil-5.30pm, Quddiesa speċjali għat-tfal, Fit-7.45pm, se ssir Quddiesa mtella’ miż-żgħażagħ fil-Knisja Arċipretali.
  • It-Tlieta, Quddiesa speċjali fid-9:30am, għall-morda u l-anzjani. Fis-7:30pm, Lejla Kulturali u thnedija tal-ktieb fuq l-Istatwa ta’ San Filep: “Fontana’s St Philip of Agira – contextual, stylistic and technical considerations.” Il- ktieb li hu ta’ livell għoli ħafna se jkun jiswa €50.
  • L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa: Jiem tat-Tridu, skont kif hemm fil-programm. It-Tridu se jkun immexxi mill-Kanonku Dun Edward Xuereb. Fl-ewwel Jum tat-tridu se jiġu mistiedna dawk li ċċelebraw xi anniversarju speċjali s-sena li għaddiet. Min se jkun se jatttendi importanti li jħalli ismu fis-sagristija.
  • Is-Sibt, fis-6:00pm, issir it-Tranżulazzjoni u Quddiesa; Fit-8:00pm Quddiesa bis-sehem taż-żewġt każini tal-Banda .
  • Il-Ħadd, Jum il-Festa, fit-8:00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa bil-paniġierku mmexxi minn Fr Jesmond Grech. Fis-6:00pm quddiesa u fis-7:00pm quddiesa tal-Għeluq tal-Festa, li tingħalaq bil-barka Sagramentali.

Il-Kappella tal-Visitazzjoni

Il-Kappella tal-Visitazzjoni li tinstab f’ Wied Qirda se tkun miftuħa għall-Pubbliku llum il-Ħadd bejn id-9:00am u 12:00pm u l-4:00pm u 6:00pm . Ħajr lil Alfred Agius, Guza Agius u Anton Caruana li f’dawn l-aħħar xhur ħadu ħsiebha.

Quddiesa u preżentazzjoni tat-trabi

Nhar il-Ħamis, 17 ta’ Ġunju,  bil-Quddiesa fis-7.00pm fil-Knisja Arċipretali. Peress li se tingħata tifkira żgħira, min se jattendi mportanti li jinforma lil xi ħadd mill-Kummissjoni Familja kif ktibna fl-ittra jew jibgħat sms lill-Arċipriet.

Laqgħa Padre Pio

Nhar it-Tlieta fil- 5.00pm

Ġabra Speċjali

Din il-ġimgħa l-ġabra speċjali ser issir b’risq il-Festa ta’ San Filep

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Jane Ciantar u Gianna Pisani. Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Trinita’ Qaddisa – Sena B

Ktieb  ġdid fuq l-istatwa ta’ San Filep

Fit-8 ta’ Ġunju se nagħmlu book launch ta’ Ktieb sabieħ immens fuq l-istatwa San Filep. Ktieb li jinkludi diversi ritratti tal-proċess ta’ restawr li sar fuq l-istatwa meta kienet għar-restawr. Wieħed għandu jsib fiħ informazzjoni li qatt qabel ma kienet ippublikata qabel. Il- Ktieb li hu ta’ livell għoli ħafna se jkun ħardbound u prattikament full colour, L-editur tal-Ktieb hu il- fotografu Joe P. Borg.

Festa San Filep

Bejn is-7 ta’ Ġunju u 13 ta’ Ġunju se niċċelebraw il-Festa tal- Patrun tagħna San Filep. Qed jitqassam il-programm tal-festa. Tajjeb li wieħed jieħu kopja kull familja.

Il-ġbir li se jsir fil-weekend li ġej u ta’ wara se jkunu kollha għall-festa. Inħeġġukom tkunu ġeneruzi.

Fl-ewwl Jum tat-tridu se jiġu mistiedna dawk li ċċelebraw xi anniversarju speċjali s-sena li għaddiet. Min se jkun se jatttendi importanti li jħalli ismu fis-sagristija.

L-Ewwel Tqarbina

Il-Ħadd 30 ta’ Mejju w il-Ħadd 6 ta’ Ġunju se jkollna ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tqarbina taċ-ċkejknin tagħna. Il-quddiesa tad-9.00am u tal- 5.00pm se jkunu jistgħu jidħlu biss il-ġenituri u n-nanniet tat-tifel/tifla.

Infakkru li minħabba l-ewwel Tqarbina se jkollna xi tibidl fil-Quddies tal-Ħdud:

Il-Quddiesa tat-tfal se tkun fl-10.30am, segwita b’quddiesa oħra fil-11.30am. Filgħaxija se jkollna quddiesa waħda, dik tas-7.00pm

Insaħħu il-Kummissjonijijet fi ħdan il-parroċċa

Qiegħdin fil-proċess biex insaħħu l-kummissjonijiet fi ħdan il-parroċċa biex nippjanaw għas-sena pastorali li tibda’ f’Ottubru. Fid-dawl ta’dan qed nagħtu opportunita’ lil dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom direttament fil-parroċċa f’waħda mill-kummissjonijiet u/jew  mod ieħor lill-parroċċa importanti li ma joqgħodx lura, jimla’ l-applikazzjoni u jekk ikollu bżonn iktar informazzjoni  jkellem lill-Arċipriet.

Għoti tad-Demm f’Ħaż-Żebbuġ

Il-Ħadd 30 ta’ Mejju ser ikun hawn il-mobile blood donation unit. Inħeġġu lil min jista’ biex jagħti id-demm.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Jane Gabrielle Agius, Antoinette Parascandolo u Martin Degabriele . Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem

L-Għid il-Ħamsin – Sena B

L-Ewwel Tqarbina

Il-Ħadd, 30 ta’ Mejju u l-Ħadd, 6 ta’ Ġunju se jkollna ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tqarbina taċ-ċkejknin tagħna. Iċ-ċelebrazzjoni tat-tfal subien se jsiru  fid-9.00am, filwaqt li tal-bniet fil-5.00pm. Għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jkunu jistgħu jidħlu biss il-ġenituri u n-nanniet tat-tifel/tifla.

Minħabba l-ewwel Tqarbina se jkollna xi tibidl fil-Quddies tal-Ħdud:

  • Il-Quddiesa tat tfal se tkun fl 10.30am segwita b’quddiesa oħra fil-11.30am
  • Filgħaxija se jkollna quddiesa waħda dik tas-7.00pm

Kor Parrokkjali

Il-Kor Parrrokkjali Magnifikat se jibda’ jitmexxa mis-Sinjura Stephania Farrugia Frantz. Filwaqt li nirringrazzjawha li ħadet dan l-inkarigu, nawgurawlha ħafna f’din ir-responsabilita’ l-ġdida. Għaldaqstant il-Kor se jiltaqa’ għada it-Tnejn, fis-7:30pm, fil-Knisja Arċipretali. Il-Membri huma mitluba li jġibu l-file magħhom. Intant dawk li qed juru interess li jingħaqdu fil-kor, se jkunu avviċinati fil-ġranet li ġejjin.

Insaħħu il-Kummissjonijijet fi ħdan il-Parroċċa

Qiegħdin fil-proċess biex insaħħu il-kummissjonijiet fi ħdan il-parroċċa biex nippjanaw għas-sena pastorali li tibda’ f’ Ottubru. Fid-dawl ta’dan qed nagħtu opportunita’ lil dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom direttament fil-parroċċa f’waħda mill-kummissjonijiet. Ftaħna l-applikkazzjonijiet għal erbgħa kummissjonijiet:

  • Kummissjoni Familja, li l-għan taghha hu fuq il-familji u li wieħed jifhem l-familji ta’ llum;
  • Kummissjoni liturġija, li tgħin fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u paraliturġiċi li jiġu organizzati;
  • Kummissjjoni Żgħażagħ, li taħdem ma’ l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ;
  • Kummissjoni Media u IT: li  tieħu ħsieb il-publikazzjonijiet, il-midja soċjali u materjal relatat ma tixrid ta’ informazzjoni bħal billboards, posters, eċċ.

Inħeġġu li min jaħseb li jista’ jgħin f’ wiehed minn dawn il-kummissjonijiet jew lill-parroċċa, importanti li ma joqgħodx lura, jimla’ l-applikazzjoni u jekk ikollu bżonn iktar informazzjoni  jkellem lill-Arċipriet.

Fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ t’a Warda se jergħu jibdew il-laqgħat għall-adoloxxenti mill-eta’ ta’ dawk li għamlu il-griżma, sa 16-il sena. Il-laqgħat isiru nhar ta’ Erbgħa, fis-7.30pm

 Għoti tad-Demm f’Ħaż-Żebbuġ – Il-Ħadd 30 ta’ Mejju 

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm flimkien mal-Kunsill Lokali, u l-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ jixtiequ jistiednu lir-residenti ta’ Ħaż-Żebbuġ, biex nhar il-Ħadd 30 ta’ Mejju  jersqu u jagħtu d-demm fil-mobile blood donation unit li dakinhar mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun quddiem il-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Ġibu magħkom l-karta tal-identità.

Il-Ġabra tal-ġimgħa l-oħra b’rizq is-Seminarju laħqet is-somma sabiħa ta’ €2320 ( +€ 125 mis-Santwarju tal- Qalb ta’ Gesu). Grazzi!

Lapsi, Tlugħ tal-Mulej fis-Sema – Sena B

Festa Liturġika ta’ San FIlep – 12 ta’ Mejju

Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li attendew għaċ-ċelebrazzjoni liturġika fl-okkazzjoni tal-Festa ta’ San Filep li saret fit-12 ta’ Mejju, niskużaw ruħna li minħabba r-restrizzjonijiet mitluba minnha kellna nħallu xi nies barra. Konvint pero li tifhmu s-sitwazzjoni. Għall-festa li se niċċelebraw f’Ġunju ta’ din is-sena,  qed naraw kif nistgħu naddattaw il-programm tal-festa fid-dawl tar-restrizzjonijiet mitluba minnha.

Il-Pożizzjoni tal-Knisja fuq il-Festi ta’ din is-sena 2021

Matul din is-sena 2021, il-festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l-bini tal-knisja jsiru fil-ġranet li soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il-miżuri indikati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa għall-ħarsien tas-saħħa u tal-ħajja ta’ kulħadd.

Rigward iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ barra l-bini tal-knisja, li normalment jiġu organizzati mill-Knisja bħalma huma l-purċissjonijiet, dawn isiru biss jekk, fejn u meta l-Awtoritajiet tas-Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi.

Kor Parrokkjali

Nirringrazzjaw lis-Sinjura Antonella Ellul li għal dawn l-aħħar snin mexxiet il-kor Parrokkjali, Magnifikat. Issa li ma tistax tkompli tmexxi il-Kor, se ssir laqgħa għall-membri tal-Kor biex naraw kif se nimxu fil-futur. Il-Laqgħa se ssir nhar it-Tnejn fis-7:30pm, fl-Uffiċċju Parrokkjlai, f’Misraħ l-Isptar. Napprezza li l-membri jattendu. Sadanittant jekk hawn min jixtieq ikun parti mill-kor parrokkjali, hu mitlub li javviċina lill-Arċipriet. 

Seminar  għall-Ġenituri tat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina

Se jsiru tnejn, wiehed il-Ġimgħa li ġej, 21 ta’ Mejju u l-ieħor is-Sibt 22 ta’ Mejju 2021. Nibdew bil-quddiesa fis-7.00pm fil-Knisja Arċipretali. Il- ġenituri jagħżlu huma liema seminar/ġurnata jattendu.

Ġabra Speċjali

Il-ġabra speċjali ta’ din il-ġimgħa hija għas-Seminarju. Nitolbukom tkunu ġenerużi.