Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa tad-Duluri

Illum qed niċċelebraw il-Festa tad-Duluri fil-parroċċa tagħna. Fis-7.00pm issir Quddiesa Solenni li tintemm bil-barka sagramentali.

Inawgurazzjoni tar-Restawr tal-Pedestal tas-Salib

Wara l-Quddiesa tal-Ħadd tas-7.00pm se ninawguraw ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq il-Pedestal  tas-Salib li jintuża fil-Purcissjoni tal-Ġimgħa il-Kbira. Ix-xogħol ta’ restawr kemm fl-injam, kif ukoll fl-induratura tad-deheb sar minn Jesmond Bonello.

Laqgħat għall-Ġenituri u l-Parrini

Il-laqgħat li huma marbuta maċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma li se jsiru wara il-quddiesa tas7.00pm kif ġej:

  • Il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru: Laqgħa ġenituri u parrini ta’ tfajliet bniet li se jirċievu il-Grizma, 
  • Is-sibt 25 ta’ Settembru: Laqgħa ġenituri u parrini ta’ tfal subien li se jirċievu il- Griżma 

Matul dawn il- ġranet l-adoloxxenti li se jirċievu s-sagrament tal-Griżma se jkollhom ħinijiet dedikati għalihom għall-Qrar.

Laqgħat tal-Gruppi u l-Għaqdiet fi ħdan il-Parroċċa

Issa li qed noqorbu lejn tmiem is-Sajf jerġgħu jibdew jiltaqgħu il-gruppi u l- għaqdiet fi ħdan il-parroċċa fuq bazi regolari.

Għaldaqstant fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ ta’ Warda ser jerġgħu jibdew il- laqgħat  għall-adoloxxenti żgħażagħ, minn 13 sa 16-il sena. Il-laqgħat  isiru kull nhar t’Erbgħa fis-7.30pm. Jekk hawn xi adoloxxenti  żgħażagħ li jixtiequ jingħaqdu ma’ dan il-grupp huma mħeġġin biex jattendu nhar l-Erbgħa fis-7.30pm, f’Ta Warda.

L-Azzjoni Kattolika Sezzjoni Nisa se jibdew jiltaqgħu mill-ġimgħa ta’ wara.

Il-Ġabra Speċjali għal din il-ġimgħa ser tkun għall-Art Imqaddsa.

Nitolbu għal ħuna li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Nenu Chircop. Agħtih O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa tad-Duluri

Nhar il-Ħadd li ġej, 19 ta’ Settembru, niċċelebraw il-Festa tad-Duluri fil-parroċċa tagħna. Bi tħejjija għall-festa, se jkollna t-Tridu nhar l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgha, fil-Quddiesa tas-7.00pm. Il-Ħadd, fis-7.00pm, issir Quddiesa Solenni li tintemm bil-barka sagramentali.

Ġabra Favur L-Art Imqaddsa

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja se ssir il- ġabra Favur L-Art Imqaddsa. Ngħinu lil dawn ħutna materjalment billi nagħtu l-offerta ġeneruża tagħna. Bl-offerti tagħna ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u ta’ għajnuna għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art imqaddsa. Noffru it-talb tagħna ukoll għal dawn ħutna. 

Nitolbu għal ħuna li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Andrew Zammit. Agħtih O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Il-‘handover’ tal-Arċipretura

Il-proċess tal-handover tal-Arċipretura għaddej b’ritmu tajjeb. Minn nhar it-Tnejn kemm Fr Albert Buħaġiar, l-Arċipriet il-ġdid, kif ukoll il-viċi il-ġdid Fr Mario Dimech, se jibdew ikunu fostna biex jibdew jagħtu servizz fil-parroċċa tagħna. Tajjeb li nilqawhom fostna u nitolbu għalihom.

Pellegrinaġġ għal Lourdes

Il-Pellegrinaġġ imtela’ kollu. Niskużaw ruħna li minħabba postijiet limitati ma stajniex naċċettaw lil kull min xtaq jingħaqad magħna. Fr Daniel javża li se jkun assenti mill- parroċċa mill-Ħamis filgħaxija sat-Tlieta ta’ wara, peress li se jakkumpanja il-grupp f’ Lourdes bħala direttur spiritwali.

Donazzjonijiet għal Peru

Id-donazzjoni lid-Djoċesi ta’ Huanace fil-Peru, fejn qed iservi l-Isof Giovanni Cefai,

li laħqet is-somma ta’ ‘il fuq minn 7,000 dollaru u li nġabret miż-żgħażagħ li kellhom jagħmlu esperjenza fil-Peru pero minħabba il- pandemija kellha tiġi iħassra, għaddew lil Isqof Fr Giovanni Cefai.  Nirringrazzjaw liż-żgħażagħ li ħadu l-impenn li jiġbru dawn il-flus kif ukoll lil kull min kien għaddielhom xi donazzjoni għal dan il-għan.

Leġjun ta’ Marija

Nhar it-Tlieta, 7 ta’ Settembru, il-membri tal-Leġjun ta’ Marija se jiccelebraw ic-ċentinarju mit-twaqqif ta’ din l-għaqda ġewwa Dublin l-Irlanda proprju mitt sena ilu, fis-7 ta’ Settembru 1921.  Ir-Rużarju dakinhar filgħaxija jingħad bit-talb tat-tessera tal-Leġjun.  Il-quddiesa tas- 7.00pm tkun animata mill-istess membri tal-Leġjun u fiha jsir ħsieb dwar din l-għaqda u l-ispiritwalita’ tagħha.  Kulħadd mistieden b’mod speċjali il-membri awżiljarji.

Nitolbu għal ħutna li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Jane Zammit, Giuseppe Agius u Antonia Zahra….Agħtihom O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Il-Ġabra speċjali għal din il-ġimgħa hija b’risq il-Parroċċa. Grazzi.

Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Griżma ta’ l-Isqof f’Ottubru 2021

Infakkru lil dawk li ser jagħmlu il-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej huma mitluba li jagħżlu l-parrinu/a. Il-parrini jridu jimlew dikjarazzjoni tal-fidi tagħhom.

Dawk it-tfal li huma entitolati li jagħmlu il-Griżma mitluba li jikkonfermaw dan mall- katekisti tagħhom.

Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu

Infakkru fir-reġistrazzjonijiet tat-tfal li s-sena d-dieħla se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina u għal dawk li qatt ma rreġistraw għall-Katekeżi.

Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

Nhar  l-erbgħa, 8 ta’ Settembru ser isir il-pellegrinaġġ. Min hu interessat ikellem lil Maria Cardona jew lil Melania Grech.

Infakkru fil-Pellegrinaġġ lejn Lourdes, li ser isir bejn id-9 u l-14 ta’ Settembru, 2021. Għad fadal xi postijiet u min hu interessat jista’ jsib kopja ta’ l-itinerarju fis-Sagristija.

Biex wieħed jingħaqad  magħna jrid ikun ivvaċċinat. F’dawn il-ġimgħat Lourdes hu post sigur għal min irid jivvjaġġa. Wieħed ma għandux bżonn ta’ PCR tests.  Min hu interessat importanti li ma jħallix għall-aħħar għax il-postijiet huma limitati.

Għal aktar informazzjoni kellmu lill-Arcipriet, Fr Daniel.

Nitolbu għal ħuna li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Mikiel Saliba….Agħtih O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Griżma ta’ l-Isqof

Il-Griżma tal-Isqof  se tkun iċċelebrata f’dawn il-ġranet:

  • L-ewwel Grupp tas-Subien: 2 ta’ Ottubru fis-7.00pm
  • It-tieni Grupp tas-Subien : 3 ta’Ottubru fid-9.00am
  • Bniet li kienu jmorru l-Azzjoni Kattolika: 3 ta’ Ottubru fil-5.00pm
  • Bniet li kienu jmorru il-Mużew tal-Bniet: 10 ta’ Ottubru fil-5.00pm

Il-Kresimandi huma mitluba li jagħżlu l-parrini. Il-parrini jridu jimlew dikjarazzjoni tal-fidi tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet jistgħu jinġabru kemm mill-Uffiċċju, kif ukoll mis-Sagrsitija jew minn għand il-kappillan ta’ fejn joqgħodu.

Dawk it-tfal li huma entitolati li jagħmlu il-Grizma mitluba li jikkonfermaw dan mall- katekisti tagħhom. Fil-ġranet li ġejjin se nagħtu iktar informazzjoni għall-laqgħat li se jsiru għall-ġenituri, parrini u għall-kresimandi.

Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu

Infakkru fir-reġistrazzjonijiet tat-tfal li s-sena d-dieħla se jagħmlu l- Ewwel Tqarbina. Tfal ta’ ħames snin  għalissa ma jirreġistarawx. Min ikollu xi diffikulta’ hu mitlub li jkellem lill-Arċipriet.

Ħinijiet tal-Uffiċju Parrokkjali

Infrakku li l-Uffiċċju Parrokkjali li jinstab f’ Misraħ L-Isptar qed jiftaħ: It-Tlieta mid-9.30am sal 11.30am u  il-Ġimgħa mill-430pm sas-6.00pm

Użu tal-maskri fil-knisja

Navżaw li l-maskri għandhom jibqgħu jintlibsu fil-Knisja u jintlibsu sew. Hemm bżonn nibqgħu inħarsu saħħet xulxin.

Nitolbu għal ħuna li għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Paul Fenech…. Agħtih O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’ – Festa ta’ Santa Marija

Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu

Infakkru li dawk it-tfal li se jibdew il-katekeżi għall-ewwel darba, il-ġenituri tagħhom  huma mitluba li jiġbru l-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni mill-uffċċju jew mis-Sagristija. Fil-każ ta’ tfal subien iridu jimtlew żewġt applikazzjonijiet. Għalissa jirregistraw biss dawk it-tfal li s-sena d-dieħla se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Tfal ta’ ħames snin għalissa ma jirreġistrawx.

Navzaw ukoll li jekk hemm xi tfal li qed imorru katekeżi u għadhom qatt ma mlew il-formola ta’ reġistrazzjoni, il-ġenituri tagħhom huma mitluba li jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tat-tfal tagħhom. Min ikollu xi diffikulta’ hu mitlub li jkellem lill-Arċipriet.

Santi ta’ Tifkira

Dawk li għadhom ma ġabrux is-Santa ta’ Tifkira tal-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma tal-Isqof li saru is-sena l-oħra huma ġentilment mitluba li jiġbruhom mill-uffiċċju parrokjali.

Infrakku li l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ it-Tlieta mid-9.30am sal-11.30am u il-Ġimgħa mill-4.30pm sas-6.00pm.

Esperjenza għall-abbati Gianluca Vella

Nawguraw lill-abbati Gianluca Xuereb li f’dawn il-ġranet se jkun il-Vatikan biex jgħin lil Mons. Frans Bonnici. Hu se jkun qed jgħin lil numru ta‘ abbatini biex jagħtu servizz fil-Vatikan. Għal Gianluca din hi r-raba’ sena li tiela il-Vatikan. Nifirħulu u nitolbu ghalih.

Dsatax-il Ħadd matul is-sena ‘B’

Sena Kateketika Ġdida

Is-Sena Kateketika din is-sena se tibda F’Ottubru 2021.

Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu

Dawk it-tfal li se jibdew il- katekezi għall-ewwel darba, il-Ġenituri tagħhom  huma mitluba li jiġbru l-applikazzjoni tar-registrazzjoni mill-uffċċju jew mis-Sagristija. Fil-każ ta’ tfal subien iridu jimtlew żewġt applikazzjonijiet. Min ikollu xi diffikulta’ hu mitlub li jkellem lill-Arċipriet.

Santi ta’ Tifkira ta’ l-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma ta’ l-Isqof

Dawk li għadhom ma ġabrux is-Santa ta’ Tifkira tal- Ewwel Tqarbina u tal- Grizma tal-Isqof li saru is-sena l-oħra huma ġentilment mitluba li jibruhom mill- uffiċċju.

Infrakku li l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ: It-Tlieta mid-9.30am sal 11.30am u  il-Ġimgħa mill-4.30pm sas-6.00pm

Ġabra Speċjali

Il-Ġabra Speċjali fi tmiem din il-ġimgħa huwa għall-ispejjez tal-Knisja. Nkunu Ġeneruzi.

Nitolbu għal ħuna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Joseph Falzon…. Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Tmintax-il Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa ta’ San Ġużepp

Filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla li l-festa ta’ San Ġużepp għaddiet b’wiċċ il-ġid ukoll, l-Arċipriet jixtieq jirringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu . Grazzi lill-Każin San Ġużepp u Banda De Rohan għas-sehem tagħhom u lill-benefatturi kollha tal-festa, b’mod speċjali lil numru ta’ benefatturi li bħal snin l-imgħoddija jiġbru somma bejniethom għal din il-festa. Din is-sena inġabru €675. Nirringrazzjaw ukoll it-tim ta’ voluntieri  kollu li għenu lil Nathan Falzon u lil Josef Felice u lil Emanuel Gauci pro-prokuratur, li ħadu ħsieb l-għarmar tal-knisja.

25 sena Saċerdot

Din il-ġimgħa Fr Jesmond Grech ċċelebra il-25 sena mill-ordinazzjoni tiegħu. Nifirħulu u nitolbu għalih.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Philip Caruana u Maria Gauci. Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Sbatax-il Ħadd matul is-Sena ‘B’ – Festa San Ġużepp

Programm tal-Festa ta’ San Ġużepp

  • Il-Ħadd, 25 ta’ Lulju – JUM IL-FESTA:8.00am Quddiesa Kantata Solenni, immexxija mill-Arċipriet Fr. Daniel Cardona u wara l-Vanġelu jintiseġ il-paniġierku fuq San Ġużepp mill-Kan. Fr Reno Muscat O.P.
  • 10.00am Quddiesa bis-sehem tat-tfal
  • 11.00am Quddiesa.
  • 7.00pm Quddiesa Solenni tal-Għeluq tal-Festa u Barka Sagramentali

Kors ta’ Kana

Fadal xi postijiet għal dawk li jixtiequ japplikaw għall-kors ta’ Kana li se jsir f’Ottubru. Infakkru li il- kors ta’ Kana għandu jsir kemm hu possibli tal- inqas sentejn qabel it-tieġ. Min hu interessat l-m applikazzjonijiet mill-uffiċċju parrokkjali.

Ġutnata għal Għawdex

Fil- 5 ta’ Awwissu. Tluq fis-7.00am Min hu interessat ikellem lill-grupp tal-fundraising.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Jessie Mifsud Ġanni Dimech u Philip Psaila. Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Sittax-il Ħadd matul is-Sena ‘B’

Programm tal-Festa ta’ San Ġużepp

  • Il-Tnejn, 19 ta’ Lulju fit-8.00 pm Quddiesa mtellgħa miż-żgħażagħ fil-Knisja Arċipretali.
  • Il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt, TRIDU. Fis-7.00pm Quddiesa bil-priedka, kurunella, innu, antifona u ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-priedka tat-Tridu ssir mill-Kan. Fr Michael Galea.
  • Il-Ħadd, 25 ta’ Lulju – JUM IL-FESTA. Fit-8.00 am Quddiesa Kantata Solenni, mmexxija mill-Arċipriet Fr Daniel Cardona u wara l-Vanġelu jintiseġ il-paniġierku fuq San Ġużepp mill-Kan. Fr Reno Muscat O.P.
  • Fl-10.00 am, Quddiesa bis-sehem tat-tfal
  • Fil-11.00 am, Quddiesa.
  • Fis-7.00 pm, Quddiesa Solenni tal-Għeluq tal-Festa u Barka Sagramentali.

Ġabra Speċjali

Il-Ġabra Speċjali tal-Ħadd li għadda laħqet is-somma ta’ €1264. Nirringrazzjawkom
tal-ġenerozita tagħkom.

Nitolbu għal oħtna li għaddiet għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Carmela Chircop. Agħtiha, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem …..