L-Ewwel Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ

Bidu tal-Avvent

Fil-bidu ta’ dan iż-żmien tal-Avvent fil-quddiesa ta’ nhar il-Ħadd fl-10.00am, isir it-tberik tal-girlanda tal-avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda  magħhom ħalli titbierek.

Intenzjonijiet tal-Quddies

Dawk li jixtiequ jiktbu xi quddies għall-qraba tagħhom bejn Jannar u Ġunju tas-sena li ġejja, huma mitluba jidħlu fis-sagristija u jkellmu lis-saċerdoti. Il-prattika fil-parroċċa tagħna hija li fil-quddiesa ta’ filgħaxija jistgħu jissemmew sa erba’ intenzjonijiet u l-offerti li jingħataw ikunu għall-fond Karità tal-parroċċa. Fil-quddies l-ieħor kollu tibqa’ tinkiteb intenzjoni waħda.

Adorazzjoni

Il-Ħamis fis-6.00pm ikollna Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fuq it-tema tal-Liturġija tal-Ħadd li ġej, li tkun tat-Tieni Ħadd tal-Avvent.

Coffee Morning bit-Tombla

It-Tlieta li ġej ikollna Coffee Morning bit-Tombla, fis-Sala tas-Sorijiet (taħt l-Uffiċċju Parrokkjali) fid-9.30am.

Hospice Malta

Illum fil-parroċċa tagħna se jkun hawn xi voluntiera mill-Hospice Malta  fuq iz-zuntier sabiex jilqgħu donazzjonijiet ħdejn il-bibien tal-knisja wara l-quddies. Hospice Malta tgħin ħafna persuni li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli minħabba mard u kura għall-kontra l-kanċer u toffri appoġġ lill-familji tagħhom. Inħeġġiġkom sabiex inkunu ġenerużi u ngħinu lil Hospice Malta mill-aħjar li nistgħu.

L-Ewwel Tqarbina 2022

Navżaw li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel Tqarbina s-sena d-dieħla se jkunu f’dawn il-ġranet: is-Sibt 21 ta’ Mejju filgħaxija, il-Ħadd 22 ta’ Mejju filgħodu u filgħaxija u l-Ħadd 29 ta’ Mejju filgħodu. Il-ġenituri qed ikunu infurmati b’dawn id-dati miċ-Ċentri tad-Duttrina fejn jattendu t-tfal tagħhom.

Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa Kristu Re

Il-Ħadd, 21 ta’ Novembru, niċċelebraw il-Festa ta’ Kristu Re fuq livell djoċesan. Monsinjur Arċisqof se jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ talb li tibda fil-5.00pm, fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Għada (illejla) fl-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ imniedi mill-Papa Franġisku, qed nistiednu b’mod speċjali liż-żgħażagħ għall-quddiesa tas-7.00pm fil-knisja Arċipretali, li se tkun animata b’mod speċjali għalihom.

Adorazzjoni

Il-Ħamis fis-6.00pm ikollna Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fuq it-tema tal-Liturġija tal-Ħadd li ġej, li tkun tal-Ewwel Ħadd tal-Avvent.

Quddiesa għar-Romol

Nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Novembru, l-Kummissjoni Djakonija qed tistieden lir-romol kollha għall-quddiesa tas-6.30pm li se tkun b’suffraġju għall-għeżież mejtin tagħhom. Ir-romol huma mistiedna biex matul din il-ġimgħa jidħlu fis-sagristija u jiktbu l-isem tal-għeżież tagħhom.

Bidu tal-Avvent

Nhar il-Ħadd nagħtu bidu għaż-żmien tal-Avvent bi preparazzjoni għall-Milied. Għall-quddiesa tal-10.00am, it-tfal huma mħeġġa biex iġibu l-girlanda magħhom, fejn fil-bidu tal-quddiesa se jsir it-tberik tal-girlanda u tingħata t-tifsira tagħha.

Coffee Morning bit-Tombla

Nhar it-Tlieta 30 ta’ Novembru, il-grupp tal-fundraising se jorganizza Coffee Morning bit-Tombla, fis-Sala tas-Sorijiet (taħt l-Uffiċċju Parrokkjali), fid-9.30am.

Nitolbu għal ħutna Pawlu Grima u Marija Caruana li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Tlieta u Tletin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Laqgħa Kunsill Pastorali Parrokjali

Nhar it-Tnejn jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.00pm.

Assemblea Djoċesana

Nhar il-Ħamis se ssir l-Assemblea Djoċesana taħt it-tmexxija ta’ Monsinjur Arċisqof. Din l-Assemblea hija parti mill-proċess ta’ tiġdid fl-Arċidjoċesi Knisja Waħda Vjaġġ Wieħed. Nitolbu ħalli din il-laqgħa, bir-rappreżentanza tal-oqsma differenti tal-Knisja f’Malta, tħalli frott fil-ħidma pastorali tal-Knisja.

Adorazzjoni

Il-Ħamis fis-6.00pm, fil-Knisja Arċipretali ikun hawn Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Ewkaristija bi preparazzjoni għall-Festa ta’ Kristu Sultan.

Quddiesa b’suffraġju għall-mejtin

Nhar il-Ġimgħa l-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja Arċipretali tkun b’suffraġju għal dawk li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra ’l hawn. Fil-bidu tal-quddiesa jissemmew l-ismijiet ta’ dawn ħutna b’tifkira tagħhom. Il-qraba huma mħeġġa sabiex jattendu.

Laqgħa għall-Koppji Miżżewġa

Nhar il-Ġimgħa fis-7.15pm se ssir laqgħa oħra għall-koppji miżżewġa f’Dar San Ġużepp. Imexxi l-laqgħa s-Sur Nikol Baldacchino.

Quddies għaż-Żgħażagħ

Il-Ħadd li ġej nagħlqu s-Sena Liturġika tal-Knisja bil-festa ta’ Kristu Sultan. Monsinjur Arċisqof se jmexxi ċelebrazzjoni ta’ talb fil-Knisja ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fil-5.00pm. Il-Q.T. il-Papa ddedika din il-ġurnata bħala l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Għaldaqstant, f’din l-okkażjoni nixtiequ nagħmlu stedina speċjali liż-żgħażagħ tal-parroċċa tagħna għall-quddiesa tas-7.00pm. 

Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja   

Is-Segretarjat tal-Edukazzjoni javża li fis-16 ta’ Novembru se jiġu ppubblikati r-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta għas-sena skolastika 2022-2023. Aktar informazzjoni fuq in-noticeboards tal-Knisja u l-website www.knisja.mt.

Ġabra Speċjali

Il-ġabra li saret nhar il-Ħadd waqt iċ-ċerimonja tal-pussess, flimkien ma’ offerti oħra li ngħataw b’riżq id-Dar tal-Providenza u s-Seminarju, laħqet is-somma ta’   €1,850.

Nitolbu għal oħtna Gertrude Cauchi li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tnejn u tletin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Ċerimonja tal-Pussess

Il-Ħadd, 8 ta’ Novembru, jkollna l-quddiesa u ċ-ċerimonja tal-pussess, immexxija minn Monsinjur Arċisqof fis-6.00pm. Banda magħmula bis-sehem tat-tliet soċjetajiet mużikali tal-parroċċa se tkun qed tilqa’ lill-Arċipriet fuq iz-zuntier fil-5.30pm u aktar tard lil Monsinjur Arċisqof. Nappellaw sabiex kulħadd jilbes il-maskra u nżommu d-distanza soċjali. Fuq iz-zuntier se jkun hemm xi siġġijiet u screen biex wieħed isegwi. L-istazzjon F Living se jkun qed ixandar iċ-ċerimonja aktar tard fit-8.30pm u l-għada Xejk TV se jxandarha fis-6.30pm. Wieħed jista’ wkoll isegwi xandira diretta minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa. Il-ġabra waqt l-offerti li ssir waqt il-quddiesa tal-pussess tkun b’riżq id-Dar tal-Providenza u s-Seminarju.

Moviment tal-Fokolari

Il-Moviment tal-Fokolari javża li minn dan il-Ħadd 7 ta’ Novembru se jibdew iqassmu l-Kelma tal-Ħajja u fid-9.15am ikollhom il-laqgħa fiċ-Ċenaklu. Min jixtieq, jista’ jissieħeb mal-membri għal din il-laqgħa.

Laqgħa Grupp Padre Pio

Nhar it-Tlieta 9 ta’ Novembru jmiss il-laqgħa tal-Grupp ta’ Padre Pio, immexxi minn Fr Philip Cutajar. Il-laqgħa tibda fil-5.00pm bil-quddiesa.

Festa ta’ San Martin

Il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tal-10.00am niċċelebraw il-festa ta’ San Martin. Nistiednu lit-tfal u l-familji tagħhom għal din iċ-ċelebrazzjoni speċjali fix-xahar ta’ Novembru.

Coffee Morning

Il-grupp tal-fundraising tal-parroċċa se jorganizza coffee morning bit-tombla nhar it-Tlieta 9 ta’ Novembru fid-9.30am fis-sala ta’ taħt l-Uffiċċju (għand is-sorijiet).

Nitolbu għal ħuna Joseph Callus li miet matul din il-ġimgħa: Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Wieħed u Tletin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Il-Festa tal-Qaddisin u l-Mejtin kollha

Nhar it-Tnejn, 1 ta’ Novembru, niċċelebraw il-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha. Fis-6.30 ta’ filgħaxija ssir konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.

Nhar it-Tlieta 2 ta’ Novembru niċċelebraw it-Tifkira tal-Mejtin Kollha. Dakinhar il-quddies se jkun kull nofs siegħa. Nibdew mis-sitta ta’ filgħodu u l-aħħar quddiesa toħrog fit-8.30am. Fis-6.30 ta’ filgħaxija jkollna quddiesa konċelebrata solenni.

Laqgħa Xebbiet Azzjoni Kattolika

Nhar it-Tlieta se ssir il-laqgħa tax-Xebbiet tal-Azzjoni Kattolika fid-8.45am.

Tberik taċ-Ċimiterji

Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, it-tberik taċ-ċimiterji tal-Qalb ta’ Ġesù u dak ta’ Sant’Andrija se jsir b’mod privat. Nappella biex inżommu ċ-ċimiterju nadif b’sens ta’ rispett lejn l-għeżież tagħna. Nirringrazzja lil kull min qed jgħin biex iċ-ċimiterju jinżamm fi stat tajjeb.

Tibdil fil-Ħinijet tal-Quddies

Issa li se bdejna l-ħin tax-xitwa, infakkru li  jkollna xi tibdil fil-ħin tal-Quddies ta’ filgħaxija. Minn nhar is-Sibt, il-quddies fil-Knisja Arċipretali jkun fil-5.00pm u fis-6.30pm, pero’ nhar ta’ Ħadd filgħaxija l-Quddies jibqa’ l-istess, jiġifieri fil-5.30pm u fis-7.00pm. Fil-Knisja Arċipretali, il-Quddies ta’ matul il-ġimgħa filgħaxija se jkun fis-6.30pm.

Mandat ta’ Arċipriet għall-Parroċċa

Il-Ħadd li ġej, 7 ta’ Novembru, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jagħti uffiċjalment il-mandat (magħruf ukoll bħala l-pussess) bħala Arċipriet ta’ din il-parroċċa fil-quddiesa ta’ filgħaxija li se tkun fis-6.00pm. Kulħadd huwa mistieden; biss bħalma lkoll tafu, l-ispazju fil-knisja jista’ jkun limitat minħabba li għadna rridu nżommu distanza soċjali. Nhar il-Ħadd biss ma jkunx hawn quddiesa fis-7.00pm.

Adorazzjoni

Bi tħejjija, nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru fis-6.00pm se ssir Adorazzjoni hawn fil-Knisja Arċipretali li tibda bit-talba tar-Rużarju. Nagħlqu bil-quddiesa fi tmiem l-adorazzjoni. Inħeġġeġ lill-membri tal-Għaqdiet u lilkom ilkoll sabiex ninġabru flimkien fit-talb quddiem Ġesù Ewkaristija għall-parroċċa tagħna.

Fundraising – Coffee Morning

Il-grupp tal-fundraising tal-Parroċċa se jorganizza coffee morning bit-tombla nhar it-Tlieta 9 ta’ Novembru fid-9.30am fis-sala ta’ taħt l-Uffiċċju (għand is-sorijiet).

Prietka tal-Milied

Il-ġenituri tat-tfal li għandhom bejn 8 u 9 snin (Year 4 u 5 fl-iskola) u li uliedhom jixtiequ jagħmlu l-Prietka tal-Milied, huma mitluba li jiktbu lil uliedhom fis-sagristija jew fl-Uffiċċju Parrokkjali.  Minħabba li daħal ftit iż-żmien, hemm ċans sa nhar il-Ħadd 7 ta’ Novembru.

Ġabra f’Jum il-Missjoni

Il-ġbir li sar fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missjoni, fi tmiem il-ġimgħa li għadda, kien ta’ €3,950. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.

Tletin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Jum il-Missjoni

Dan il-Ħadd qed niċċelebraw JUM IL-MISSJONI. Ningħaqdu ma’ ħutna nsara fid-dinja kollha fit-talb għall-ħidma Missjunarja li ssir mill-Knisja fid-dinja. Infakkru li l-ġbir kollu li se jsir f’dan il-weekend, se jkun kollu għall-Missjoni. Xieraq li ngħinu bl-offerti tagħna. Bħal dejjem inħeġġukom sabiex tkunu ġenerużi. L-envelops li tqassmu fi djarna tistgħu iġibuhom il- Knisja.

Rużarju fil-Pjazza ta’ Ħal Dwieli

Minn nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa il-Leġjun ta’ Marija se jorganizza it-talba tar-Rużarju fil-pjazza ta’ Ħal Dwieli filgħaxija. Mit-Tnejn sal-Ħamis jingħad fis-6.30pm u il-Ġimgħa jingħad fis-6.00pm u wara tiġi ċċelebrata quddiesa.

Quddiesa b’talb għall-fejqan

Nhar l-Erbgħa fis-Santwarju Qalb ta’ Ġesu’ ser issir quddiesa b’talb għall-fejqan minn Fr David Borg ofm Conv. Tibda fis-6.00pm.

Laqgħa Kummissjoni Familja

Il-Kummissjoni Familja qed torgaiżża laqgħa nhar il-Ġimgħa, fis-7.15 filgħaxija fis-Sala ta’ dar San Ġużepp (taħt l-Uffiċċju Parrokkjali) bit-tema “Familja Aħjar”.

Nitolbu għal ħutna Carmel Said u Luċija Caruana li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem. Agħtihom O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Quddiesa ta’ Ringrazzjament
Quddiesa ta’ Ringrazzjament fl-okkażżjoni tat-tmiem tal-Parrokkat tal-Arċipriet Fr Daniel
Cardona se tiġi iċċelebrata il- Ħadd 17 ta’ Ottubru, fis-7.00pm. Kulħadd huwa mistieden.

Fr Albert Buħagiar – Amministartur Parrokkjali
Minn nhar it-Tnejn, 18 ta’ Ottubru, Fr Albert se jieħu l-amminsitrazzjoni tal- Parroċċa f’idejh.
Infakkru li għaldaqstant dak li għandu x’jaqsam mall-Parroċċa mportanti li tkellmu lil Fr
Albert, l-Arċipriet il-Ġdid. Infakkru li n-numru tal-mobile ta’ Fr Albert , wieħed jista’ jsibu fuq
in-notice boards tal-Knisja, kif ukoll fuq il- facebook page u il- websajt tal-Parroċċa. Intant Fr Albert se jieħu il-pussess tal-Parrocca nhar is 7 ta’ Novembru, fil-5.30pm.

60 sena mit-Twaqqif tal-Banda 12th May
Nhar il-Ġimgħa se tiġi ċċelebrata quddiesa hawn fil-Knisja Arċipretali, fis-7.00pm
b’ringrazzjament tas-60 sena min minndu twaqqfet is-Soċjeta u Każin 12th May.

Ġabra għall-Missjoni
Nhar il-Ħadd li ġej ningħaqdu ma’ ħutna nsara fid-dinja kollha biċ-ċelebrazzjoni tal-Ġurnata
Missjunarja. Infakkru li l-ġbir kollu li se jsir fil-weekend li ġej, se jkun kollu għall-Missjoni. Bħal dejjem inħeġġukom sabiex tkunu ġenerużi. L-envelopes li tqassmu fi djarna tistgħu iġġibuhom il-Knisja.

Nitolbu għal oħtna li għaddiet għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Desideria Mallia. Agħtiha O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Quddiesa ta’ Ringrazzjament

Il-Quddiesa ta’ Ringrazzjament fl-okkażjoni tat-tmiem tal-Parrokkat tal-Arċipriet Fr Daniel Cardona se ssir nhar il- Ħadd li ġej, 17 ta’ Ottubru 2021 fis 7.00pm. Kulħadd mistieden.

Il-Handover toqrob fi tmiema matul dawn il-ġranet. Għaldaqstant tajjeb tieħdu nota tal-mobile number tal-Arċipriet il-Ġdid, Fr.Albert Buħaġiar, +356 79080506.

Kunsill Pastorali Parrokkali

Il-Kunsill se jiltaqa’ nhar it-Tnejn, fis-7.30pm. Il-membri mħeġġa li jattendu.

Laqgħa Padre Pio

Nhar it-tlieta jmiss il-laqgħa ta’ San Piju fil-5pm u tibda bil-quddiesa minn Dun Frans Bonnici, fil-knisja Arciprietali.

Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa tar-Rużarju

Il-Ħadd, 3 ta’ Ottubru, niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju fil-Parroċċa tagħna b’ċelebrazzjoni ta’ Quddiesa konċelebrata Solenni fis-7.00pm segwita bil-Barka Sagramentali. Se jieħu seħem il- Kor parrokkjali.

Ruzarju Quddiem Ġesu Sagramentat fix-xahar ta’ Ottubru

Matul dan ix-xahar dedikat lill-Madonna tar-Rużarju, ir-Rużarju ser jingħad quddiem Gesu’ sagramentat nofs siegħa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. It-Talba tar-Ruzarju ssir skont l-intenzjonijiet tal-Papa u tal-Isqfijiet.

Sagrament tal- Griżma tal-Isqof

Fil-quddiesa tal-Ħadd (10 ta’ Ottubru) tal-5.00pm, se jkollna l-aħħar ċlebrazzjoni tal-Ġrizma tal-Isqof għall-adoloxxenti tagħna. Tajjeb li nitolbu għalihom.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Philippa Camilleri u Gemma Attard…Agħtihom O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.

Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa tar-Rużarju

Nhar il-Ħadd li ġej niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju fil-Parroċċa tagħna. Bi tħejjija għall-festa, nhar l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa (se jkun hawn tieġ), huma jiem ta’ tridu fil-Quddiesa tas-7.00pm. Il- Ħadd fis-7.00pm ikollna Quddiesa Solenni segwita bil-Barka Sagramentali.

Rużarju Quddiem Ġesu Sagramentat fix-xahar ta’ Ottubru

Matul dan ix-xahar ir-Rużarju ser jingħad quddiem Ġesu’ sagramentat nofs siegħa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. It-Talba tar-Rużarju ssir skont l-intenzjonijiet tal-Papa u tal-Isqfijiet.

Sagrament tal-Griżma tal-isqof

Il-quddiesa tas-Sibt li ġej fis-7.00pm,  tal-Ħadd fid-9.00am u tal-5.00pm se ssir  fihom  iċ-Ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-Ġriżma tal-Isqof lill-adoloxxenti tagħna. Tajjeb li nitolbu għalihom.

Il- Ħadd li ġej (3 ta’ Ottubru)  minħabba il-Griżmi l-quddiesa tat-tfal se ssir fl-10.30am u wara il-quddiesa li jimss  tkun fil-11.30am

Nirringrazzjawkom tal-Ġabra b’risq l-Art Imqaddsa li laħqet is-somma ta’ €1500

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Giuzeppa Vella, Emanuel Aquilina, Frans Attard u Carmena Mifsud. Agħtihom O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.