Adorazzjoni It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet. Jum in-Nanniet Il-Ħadd li ġej 23 ta’ Ġunju, fuq xewqa tal-Papa Franġisku, se jkun qed jiġi ċċelebrat Jum in-Nanniet. Għalhekk il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Nistiednu b’mod speċjali lin-nanniet biex jattendu għal din il-quddiesa flimkien mal-familji tagħhom. Festa San Filep 2024 Minħabba li […]
Author: admin
Erbatax-il Ħadd matul is-Sena A
Żgħażagħ fl-Albanija Matul din il-ġimgħa grupp ta’ 14-il żagħżugħ u żagħżugħa mill-parroċċa tagħna se jkunu qed jibdew esperjenza ta’ volontarjat ġewwa l-Albanija flimkien mal-Patrijiet Dumnikani Maltin. Nawgurawlhom għal din l-esperjenza u nżommuhom fit-talb tagħna. Magħmudija Nhar il-Ħadd li ġej ikun hawn quddiesa fil-5.30pm li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija. Kors ta’ Kana Infakkru lil dawk […]
Tlettax-il Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa għall-ġita tal-Polonja Nhar it-Tlieta 4 ta’ Lulju se ssir laqgħa għal dawk li nkitbu għall-ġita tal-Polonja. Il-laqgħa se ssir fis-sala għand is-sorijiet fil-5.00pm. Ġabra għall-Papa Il-ġbir li sar il-Ħadd li għadda bħala Offerta għall-Papa laħaq is-somma ta’ €2,300. B’din il-ġabra, li ssir mad-dinja kollha fil-Knisja, il-Papa jkun jista’ jifrex il-ħidma tiegħu ta’ karita’ ma’ […]
Tnax-il Ħadd matul is-Sena A
L-Offerta ta’ San Pietru Dan il-weekend qed issir il-Ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”. B’din il-ġabra nkunu qegħdin nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru […]
Ħdax-il Ħadd matul is-Sena A
Jum il-Missier Qegħdin niċċelebraw Jum il-Missier. Il-quddiesa tad-9.30am tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Inħeġġu lill-familji jattendu għaliha. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, iċ-ċimiterju jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm. Ġimgħa ta’ Tagħlim Minn nhar it-Tnejn 19 sal-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju, se ssir il-Ġimgħa ta’ Tagħlim organizzata mill-membri tal-MUSEUM fuq iz-zuntier tal-knisja. Il-laqgħat jibdew fis-7.00pm. Kulħadd huwa […]
Festa tal-Patrun tagħna San Filep
Festa tal-Patrun San Filep Qed niċċelebraw il-Festa tal-Patrun tagħna San Filep. Il-Ħadd fit-8.00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa, immexxija mill-Kanonku Dun Joseph Mizzi, bil-paniġierku mill-Kanonku Dun Ryan Lee Pace. Fil-5.30pm Għasar bil-quddiesa u fis-7.00pm tibda ħierġa l-Purċissjoni u tidħol lura fil-Knisja fl-10.30pm. Laqgħa Grupp Padre Pio It-Tlieta fl-4.30pm ikun imiss laqgħa oħra tal-Grupp ta’ San […]
Solennita’ tat-Trinita’ Mqaddsa – Sena A
Festa San Filep Il-Ħadd, 4 ta’ Ġunju, nagħtu bidu għall-festa bil-ħruġ tal-istatwa ta’ San Filep min-niċċa. Il-ħruġ isir wara l-quddiesa tas-7.00pm. Preżentazzjoni tat-Trabi u Tfal Il-Ħamis, 15 ta’ Ġunju, fil-Quddiesa tas-6.30pm, issir il-preżentazzjoni tat-tfal u t-trabi li twieldu mis-sena l-oħra ’l hawn. Peress li se tingħata tifkira żgħira, min se jattendi importanti li jinkiteb fis-sagristija. […]
Għid il-Ħamsin – Sena A
L-Ewwel Tqarbina Il-Ħadd, 28 ta’ Mejju fid-9.30am u fil-5.00pm ikollna l-Ewwel Tqarbina. Il-quddiesa tad-9.30am se ssir fis-Sala tad-Domus. Adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar Il-Ġimgħa, 2 ta’ Ġunju, wara l-quddiesa tas-7.00am se jkun hawn adorazzjoni quddiem l-Ewkaristija, li tintemm bil-Barka Sagramentali qabel il-quddiesa tat-8.00am. Festa San Filep Nhar il-Ħadd, 4 ta’ Ġunju, nagħtu bidu għall-festa ta’ San […]
Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Sena A
Bake Sale b’risq il-missjoni fl-Albanija Il-Ħadd, 21 ta’ Mejju, ser isir Bake Sale (bejgħ ta’ kejkijiet u ħelu) fuq iz-zuntier b’risq il-missjoni li grupp ta’ żgħażagħ mill-parroċċa tagħna se jagħmel ġewwa l-Albanija. Fl-istess ħin għaddej ukoll Bazaar fiċ-Ċentru Ta’ Warda għall-istess għan. Ħaġa sabiħa li ngħinu f’din l-inizjattiva. Pellegrinaġġ għall-Kappella tal-Viżitazzjoni Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju, il-Leġjun […]
Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena A
Jum l-Omm Qegħdin niċċelebraw Jum l-Omm. Il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Infakkru li ċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm. Adorazzjoni It-Tlieta 16 ta’ Mejju, fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet. Ħarġa għas-Seminarju Il-Ħamis 18 ta’ Mejju filgħodu, se ssir ħarġa li […]