Festa tal-Madonna tal-Grazzja Il-Ħadd, 24 ta’ Settembru qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-knisja dedikata lilha. (Il-Ħadd filgħodu ikun hemm quddies fis-7.00am u fit-8.30am). Fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni tal-festa li tagħlaq bl-Antifona u l-Barka Sagramentali. Tberik tal-basktijiet tal-iskola Fil-Quddiesa tal-Ħadd, 24 ta’ Settembru, tad-9.30am se jsir it-tberik tal-basktijiet tal-iskola. It-tfal kollha huma mħeġġa li jattendu u jġibu magħhom […]
Author: admin
Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Festa ta’ Marija Addolorata Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ Marija Addolorata. Il-Ħadd, 17 ta’ Settembru fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni minn Patri Elmar Pace ofm Cap. Wara toħroġ il-purċissjoni akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju li se tgħaddi minn Misraħ San Filep, Triq Sciortino, Triq Frans Sammut u Triq il-Kbira. Ma jkunx hawn il-quddiesa tas-7.00pm. Adorazzjoni It-Tlieta, 19 ta’ Settembru […]
Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Sagrament tal-Magħmudija Il-Ħadd, 10 ta’ Settembru fil-5.30pm ikun hawn quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija. Reġistrazzjoni Katekiżmu Matul din il-ġimgħa tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna minn Ottubru li ġej huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali. Laqgħa Grupp Kelma […]
Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Anniversarju Leġjun ta’ Marija Il-Ħamis, 7 ta’ Settembru, fl-okkażjoni tal-anniversarju mit-twaqqif tal-Leġjun ta’ Marija fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù se jkun hemm adorazzjoni, rużarju u quddiesa ta’ ringrazzjament. L-adorazzjoni tibda fis-7.15pm u fit-7.45pm toħroġ il-quddiesa. Kulhadd mistieden li jattendi. Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija Il-Ġimgħa, 8 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Għalkemm mhix […]
Wieħed u għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Magħmudija Il-Ħadd, 27 ta’ Awwissu fil-5.30pm ikun hawn quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija. Adorazzjoni Il-Ġimgħa, 1 ta’ Settembru, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Filgħaxija fis-6.00pm ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni minflok dik li s-soltu ssir nhar ta’ Ħamis. Festa tat-Twelid tal-Madonna Fit-8 ta’ Settembru, […]
L-Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Adorazzjoni Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ Dar San Ġużepp (għand is-Sorijiet) fl-10.00am. Laqgħa għall-barranin li jgħixu fil-Parroċċa tagħna Il-Ġimgħa, 1 ta’ Settembru, fit-8.00pm, se ssir laqgħa bl-isem “Encounter” għall-barranin li qegħdin jgħixu fil-parroċċa tagħna, fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Inħeġġu lill-barranin biex jiltaqgħu, isiru jafu lil xulxin bħala komunità […]
Dsatax-il Ħadd matul is-Sena A
Festa ta’ Marija Assunta It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd (filgħodu 7.00am, 8.00am, 9.30am u 11.00am, u filgħaxija 7.00pm). Lejlet il-festa, it-Tnejn filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-6.30pm. Festa Santa Marija f’Ħal Muxi F’dawn il-ġranet qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ […]
Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej
Trasport għall-velja ta’ Talb Infakkru li qed jiġi organizzat transport għal dawk li jixtiequ jattendu għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar it-Tnejn 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija. Dawk li huma interessati u jixtiequ jattendu ghandhom ikellmu lil Joe Micallef (Legion of Mary) sal-11 ta’ Awwissu. […]
Sbatax-il Ħadd matul is-Sena A
Festa San Ġużepp Min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjeż tal-festa ta’ San Ġużepp huwa mitlub jitfa’ l-offerta tiegħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar. L-offerti li nġabru mill-inizjattiva Ċirku Dsatax minn diversi benefatturi għal din il-festa laħqu s-somma ta’ €1,075. Nirringrazzjaw lil kull min jagħti s-sehem tiegħu. Adorazzjoni Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun […]
Sittax-il Ħadd matul is-Sena A
Jum in-Nanniet Fuq xewqa tal-Papa, dan il-Ħadd qed niċċelebraw Jum in-Nanniet, qrib tal-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li l-Knisja tfakkar fis-26 ta’ Lulju. Għall-quddiesa tad-9.30am huma mistiedna b’mod speċjali n-nanniet mal-familji tagħhom. Festa San Ġużepp Matul din il-ġimgħa niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp: Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm sħiħ u miegħu hemm […]