Ġabra Speċjali Fl-ewwel Ħadd tax-xahar issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom. Bidu tal-Avvent Fil-bidu tal-Avvent fil-quddiesa tad-9.30am isir it-tberik tal-Girlanda tal-Avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda tagħhom biex titbierek waqt il-quddiesa. Filgħaxija nistiednu liż-żgħażagħ kollha għall-quddiesa tas-7.00pm li se tkun animata b’mod speċjali għalihom. Rużarju Meditat Il-Ħamis, 7 […]
Author: admin
Solennita’ ta’ Kristu Sultan – Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena A
Festa ta’ Kristu Sultan Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Sultan. Il-Ħadd, 26 ta’ Novembru, l-Monsinjur Arċisqof se jmexxi ċelebrazzjoni ta’ talb fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fil-5.00pm. F’din l-okkażjoni l-Arċisqof jagħti l-messaġġ tiegħu. Laqgġa ta’ Riflessjoni Nhar it-Tlieta (28/11), bi preparazzjoni għal-Liturġija tal-Ħadd, ikollna l-ewwel laqgħa ta’ riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, fis-7.00pm, fil-Knisja […]
Tlieta u tletin Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa għar-Romol It-Tlieta, 21 ta’ Novembru jkun hawn laqgħa għar-romol li tibda bil-quddiesa tat-8.00am fil-Knisja Arċipretali u wara laqgħa għalihom fis-Sala tas-Sorijiet. Adorazzjoni Nhar it-Tlieta, fil-kappella għand is-sorijiet ikun hemm Adorazzjoni animata mis-Superjur Joe Fenech fl-10.00am. Ċentru Żgħażagħ ta’ Warda Fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Ta’ Warda se nibdew grupp ġdid għall-adolexxenti li rċevew il-Griżma tal-Isqof, jiġifieri dawk li twieldu fis-sena […]
Tnejn u Tletin Ħadd matul is-Sena A
Festa ta’ San Martin Il-Ħadd, 12 ta’ Novembru, fil-quddiesa tad-9.30 am niċċelebraw il-festa ta’ San Martin għat-tfal u l-familji. Tberik tal-Oqbra Il-Ħadd, 12 ta’ Novembru, fl-10.00am ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Sant’Andrija u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Laqgħa Grupp tal-Kelma tal-Ħajja It-Tlieta, 14 ta’ Novembru, jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am fis-Sala għand is-Sorijiet. Laqgħa Grupp […]
Wieħed u Tletin Ħadd matul is-Sena A
Quddiesa fiċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu Il-Ħadd, 4 ta’ Novembru, fl-4.00pm ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Matul ix-xahar ta’ Novembru, iċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ jkun miftuħ kuljum bejn is-7.00am u t-3.30pm. Adorazzjoni Infakkru li kull nhar ta’ Ħamis, fil-Knisja Arċipretali, ikun hawn adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fis-6.00pm qabel il-quddiesa. […]
Tletin Ħadd matul is-Sena A
Ħinijiet tal-Quddies Infakkru li l-ħin tal-quddies filgħaxija mhux se jinbidel: jiġifieri l-quddiesa ta’ filgħaxija matul il-ġimgħa tibqa’ fis-6.30pm u s-Sibt filgħaxija l-ħin tal-quddies jibqa’ fil-5.15pm u fis-6.30pm. Fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù, il-ħin tal-quddies mit-Tnejn sal-Ħadd ikun fis-6.15pm. Festa tal-Qaddisin Kollha L-Erbgħa 1 ta’ Novembru, Festa tal-Qaddisin Kollha, se ssir quddiesa għat-tfal fil-Knisja Arċipretali fis-6.00pm. […]
Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Jum il-Missjoni Il-Knisja mad-dinja kollha, illum il-Ħadd, 22 ta’ Ottubru, qed tiċċelebra l-Ġurnata Missjunarja. L-Opri Missjunarji Pontifiċji (illum magħrufin bħala MISSIO) jgħinu diversi missjunarji, kemm Maltin u oħrajn, li jitolbu għajnuna biex jibnu knejjes, iżommu skejjel, iwaqqfu sptarijiet u jikkuraw morda, jassistu u jilqgħu fi djar apposta familji u tfal abbandunati u jipprovdulhom il-bżonnijiet l-aktar […]
Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Sagrament tal-Griżma ta’ l-Isqof Il-Ħadd, 15 ta’ Ottubru fid-9.15am ikollna ċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-Griżma. Nifirħu lil dawn li se jirċievu dan is-Sagrament u nitolbu għalihom ħalli jkomplu jikbru fil-fidi u jimtlew bil-qawwa ta’ Alla. Laqgħat Xebbiet Azzjoni Kattolika It-Tlieta 17 ta’ Ottubru, fid-9.00am jerġgħu jibdew il-laqgħat tax-Xebbiet tal-Azzjoni Kattolika. Fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe […]
Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Festa ta’ San Franġisk u Jum il-Ħolqien Il-Ħadd, 7 ta’ Ottubru, nistiednu lit-tfal biex iġibu l-pets u l-annimali tagħhom biex jitbierku fil-quddiesa tad-9.30am li se tkun iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja. Laqgħa Grupp Padre Pio It-Tlieta, 10 ta’ Ottubru ser issir il-laqgħa u tibda fis-6.00pm bir-rużarju meditat quddiem Ġesù Sagramentat u fis-6.30pm il-quddiesa. Pellegrinaġġ Il-Ġimgħa […]
Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Festa Madonna tar-Rużarju Il-Ħadd, 1 ta’ Ottubru filgħaxija, niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fl-4.30pm tingħad it-talba tal-Għasar, fil-5.00pm quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u wara purċissjoni bix-xbiha tal-Madonna akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju. Wara l-purċissjoni jkun hawn il-quddiesa tas-7.00pm. Qrar għall-Bniet tal-Griżma Il-Ħamis, 5 ta’ Ottubru fis-5.45pm, fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet, se jsir il-qrar għall-bniet li […]