Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta 13 ta’ Frar, fid-9.30am jiltaqa’ l-grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-dar is-sorijiet fuq. Quddies għall-Koppji It-Tlieta 13 ta’ Frar, fis-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali ikollna quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa flimkien mal-Azzjoni Kattolika Nisa għall-koppji miżżewġin. Dawk il-koppji li s-sena li għaddiet iċċelebraw xi anniversarju speċjali miż-żwieġ tagħhom huma mistiedna li jidħlu fis-sagristija u […]
Author: admin
Il-Ħames Ħadd matul is-Sena B
Għoti tad-Demm Il-Ħadd, 4 ta’ Frar bejn it-8.30am u s-1.00pm, fl-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ se jkun hemm il-possibbiltà li wieħed jagħti d-demm. Min imur jagħti d-demm għandu jippreżenta l-karta tal-identità u jilbes maskra. Festa Sant’Agata It-Tnejn 5 ta’ Frar, niċċelebraw il-festa ta’ Sant’Agata fil-quddiesa tas-6.30pm. Fil-parroċċa tagħna kien hawn devozzjoni lejn din il-qaddisa li hija […]
Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena B
Festa tal-Preżentazzjoni tal-MulejIl-Ġimgħa, 2 ta’ Frar, Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej u l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Dħul fl-iskejjel tal-Knisja Is-Segretarjat għall-Edukazjoni Nisranija javża li qegħdin jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta mill-1 sad-29 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fin-noticeboards tal-knisja jew mill-website. Għoti tad-Demm Il-Ħadd 4 ta’ Frar bejn it-8.30am u s-1.00pm, fl-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ, se jkun […]
It-Tielet Ħadd matul is-Sena B
Laqgħa għall-Ġenituri tat-tfal li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma It-Tlieta, 23 ta’ Jannar, fis-7.00pm se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma f’Ottubru ta’ din is-sena. Il-laqgħa se issir fis-Sala Parrokkjali (Domus). Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl Il-Ħamis, 25 ta’ Jannar, Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, fis-6.00pm ikun hawn l-adorazzjoni li fiha se nitolbu […]
It-Tieni Ħadd matul is-Sena A
Ġimgħa ta’ Talb Minn nhar il-Ħamis 18 sal-25 ta’ Jannar tibda l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost il-Knejjes Insara mad-dinja kollha. Xieraq li f’għaqda mal-Knisja Universali nitolbu biex il-knejjes insara differenti jkunu dejjem iżjed ħaġa waħda bejniethom. Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar se jsir Servizz Ekumeniku f’Saint Andrew’s Scotts Church li tinsab fi Triq Nofsinhar, il-Belt […]
Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej – Sena B
Rappreżentazzjoni tal-wasla tal-Maġi Il-Ħadd, 7 ta’ Jannar qabel il-quddiesa tad-9.30am ikollna rappreżentazzjoni tal-wasla tal-Maġi. Il-familji huma mistiedna jinġabru għad-9.15am ħdejn iċ-Ċentru Ta’ Warda. Fil-quddiesa se noffru l-oġġetti ta’ ikel u s-somma ta’ €2,870 li nġabret matul l-Avvent u l-Milied għall-Kċina ta’ Marta Laqgħat tal-Grupp Kelma tal-Ħajja u ta’ Padre Pio It-Tlieta 10 ta’ Jannar fid-9.30am […]
Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Nażaret – Sena B
L-Aħħar Jum tas-Sena Il-Ħadd, 31 ta’ Jannar huwa l-aħħar jum tas-sena. Ikun hawn il-quddiesa tal-5.15pm. Fis-6.30pm quddiesa solenni ta’ radd il-ħajr lil Alla fl-għeluq tas-sena. Fi tmiem il-quddiesa, issir purċissjoni fil-knisja bl-Ewkaristija u jitkanta t-Te Deum. Nhar it-Tnejn, l-Ewwel Jum tas-Sena, Solennità ta’ Marija Omm Alla, il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. Filgħaxija jkun […]
Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Sena B
Quddies lejliet u nhar il-Milied Lejlet il-Milied fl-4.30pm ikun hawn il-qrar, waqt li fil-5.15pm u fis-6.30pm ikollna l-quddies tal-ħin. Fis-6.00pm toħroġ dimostrazzjoni mill-qasam tal-MUSEUM tas-subien li tintemm fil-Knisja Arċipretali għas-7.15pm, fejn issir ċelebrazzjoni mmexxija mill-membri tal-MUSEUM. Fil-10.45pm tibda Velja bil-kant, qari u l-prietka mit-tfal segwita mill-quddiesa tal-Lejl tal-Milied għall-11.15pm. Nitolbukom issegwu l-programm li kopji tiegħu […]
It-Tielet Ħadd tal-Avvent – Sena B
Kunċert tal-Milied Is-Sibt, 16 ta’ Diċembru wara l-quddiesa tas-6.30pm ikun hawn kunċert tal-Milied mill-Kor Cappella Sanctae Catherinae. Jibda fis-7.30pm u kulħadd huwa mistieden. Tberik tal-Bambini Il-Ħadd, 17 ta’ Diċembru fil-quddiesa tad-9.30am se jsir it-tberik tal-Bambini. Għalhekk inħeġġu lill-familji jattendu u nistiednu lit-tfal biex iġibu magħhom il-Bambin jew xi presepju żgħir li jintramaw fid-dar biex jitbierku. […]
It-Tieni Ħadd tal-Avvent – Sena B
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja u Grupp Padre Pio Nhar it-Tlieta, 12 ta’ Diċembru fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja. Il-laqgħa se ssir fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-sorijiet. Filgħaxija jmiss il-laqgħa tal-Grupp ta’ San Piju li tibda fis-6.00pm bir-Rużarju fil-Knisja Arċipretali u tkompli bil-quddiesa tas-6.30pm. Novena tal-Milied Nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied. […]