Offerta ta’ San Pietru Illum qed issir il-ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”. B’din il-ġabra nkunu qegħdin ngħinu lill-Papa Franġisku biex ikun jista’ jifrex il-ħidmiet tiegħu bħala Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. Monsinjur Arċisqof iħeġġiġna biex inkunu […]
Author: admin
Tnax-il Ħadd matul is-Sena B
Offerta ta’ San Pietru Is-Sibt u l-Ħadd 29 u 30 ta’ Ġunju, nagħmlu l-ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”. B’din il-ġabra nkunu qegħdin nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, b’mod speċjali ma’ dawk […]
Ħdax-il Ħadd matul is-Sena B
Jum il-Missier Qegħdin niċċelebraw Jum il-Missier. Il-quddiesa tad-9.30am tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Inħeġġu lill-familji jattendu għaliha. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, iċ-ċimiterju jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm. Adorazzjoni It-Tlieta 18 ta’ Ġunju fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet. Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu Il-Ġimgħa 21 ta’ […]
L-Għaxar Ħadd matul is-Sena B
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta 11 ta’ Ġunju fid-9.3am jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja għand is-Sorijiet. Adorazzjoni Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju, fis-6.00pm qabel il-quddiesa jkun hawn nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat. Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu Il-Ġimgħa, 14 ta’ Ġunju, nagħmlu l-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fil-5.30pm ikollna ħin ta’ Adorazzjoni fis-skiet, fis-6.30pm issir quddiesa […]
Festa tal-Patrun tagħna San Filep
Festa tal-Patrun tagħna San Filep Il-Ħadd, 2 ta’ Ġunju fit-8.00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa, immexxija mill-E.T Mons. Joe Alessandro, Isqof Emeritu ta’ Garissa, il-Kenja, bil-paniġierku mill-Kanonku Dun Stephen Attard. Fil-5.30pm Għasar bil-quddiesa u fis-7.00pm tibda ħierġa l-Purċissjoni u tidħol lura fil-Knisja fl-10.30pm. Preżentazzjoni tat-tfal u tat-trabi L-Erbgħa 5 ta’ Ġunju, fil-Quddiesa tas-6.30pm, issir il-preżentazzjoni […]
Solennita’ tat-Trinita Qaddisa – Sena B
Festa San Filep Il-Ħadd, 26 ta’ Mejju, nagħtu bidu għall-festa bil-ħruġ tal-istatwa ta’ San Filep min-niċċa. Il-ħruġ isir wara l-quddiesa tas-7.00pm. Il-programm sħiħ tistgħu ssegwuh minn fuq il-fuljett IS-SLIEM li qed jitqassam fi djarkom. Min ma wasallux id-dar jista’ jieħu kopja minn ħdejn il-bibien tal-knisja. Ikun apprezzat jekk tikkontribwixxu €10 minn kull familja għall-festa, jew […]
Għid il-Ħamsin – Sena B
L-Ewwel Tqarbina Nifirħu lit-tfal tal-parroċċa tagħna li qed jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Nitolbu għalihom ħalli jkomplu jikbru fl-imħabba tagħhom lejn Ġesù Ewkaristija. Festa San Filep Nhar il-Ħadd nagħtu bidu għall-festa ta’ San Filep bil-ħruġ tal-vara min-niċċa. Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa li tiftaħ il-festi u fit-7.45pm isir il-ħruġ solenni. Dakinhar issir ġabra speċjali b’riżq il-festa. Ġabra għall-Festa […]
Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Sena B
Festa Liturġika San Filep Il-Ħadd 12 ta’ Mejju niċċelebraw il-Festa Liturġika ta’ San Filep. Fid-9.15am nilqgħu lill-Arċisqof Emeritu Mons. Ġorġ Frendo u fid-9.30am ikun hawn il-quddiesa solenni tal-festa. Qegħdin niċċelebraw ukoll Jum l-Omm. F’din il-ġurnata, iċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm. L-Ewwel Tqarbina Is-Sibt 18 ta’ Mejju fl-4.30pm ikollna l-Ewwel Tqarbina għall-bniet u […]
Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena B
Ġabra Speċjali Il-Ħadd, 5 ta’ Mejju, huwa l-ewwel Ħadd tax-Xahar u ssir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom li dejjem tagħtu permezz tal-offerti tagħkom. Festa San Ġorġ Preca Il-Ħamis 9 ta’ Mejju niċċelebraw il-festa ta’ San Ġorġ Preca. Il-quddiesa tas-6.30pm tkun animata mis-Soċjetà tal-MUSEUM. Quddiesa għat-Tfal Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju fid-9.30am ikun hawn quddiesa […]
Il-Ħames Ħadd tal-Għid – Sena B
Festa San Ġużepp Ħaddiem Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Mejju, Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, il-quddies ikun bħal nhar ta’ xogħol. Laqgħa Anniversarju tar-Relikwa Il-Ħamis 2 ta’ Mejju fis-7.00pm, fil-Knisja Arċipretali ikun hawn it-tielet laqgħa marbuta mat-300 anniversarju mill-miġja tar-relikwa ta’ San Filep. F’din il-laqgħa Fr Charles Tabone O.P. se jitkellem fuq it-tema tal-evanġelizzazzjoni fil-kuntest tas-soċjetà […]