Author: admin

Tletin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Jum il-Missjoni Dan il-Ħadd qed niċċelebraw JUM IL-MISSJONI. Ningħaqdu ma’ ħutna nsara fid-dinja kollha fit-talb għall-ħidma Missjunarja li ssir mill-Knisja fid-dinja. Infakkru li l-ġbir kollu li se jsir f’dan il-weekend, se jkun kollu għall-Missjoni. Xieraq li ngħinu bl-offerti tagħna. Bħal dejjem inħeġġukom sabiex tkunu ġenerużi. L-envelops li tqassmu fi djarna tistgħu iġibuhom il- Knisja. Rużarju […]

Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Quddiesa ta’ RingrazzjamentQuddiesa ta’ Ringrazzjament fl-okkażżjoni tat-tmiem tal-Parrokkat tal-Arċipriet Fr DanielCardona se tiġi iċċelebrata il- Ħadd 17 ta’ Ottubru, fis-7.00pm. Kulħadd huwa mistieden. Fr Albert Buħagiar – Amministartur ParrokkjaliMinn nhar it-Tnejn, 18 ta’ Ottubru, Fr Albert se jieħu l-amminsitrazzjoni tal- Parroċċa f’idejh.Infakkru li għaldaqstant dak li għandu x’jaqsam mall-Parroċċa mportanti li tkellmu lil FrAlbert, l-Arċipriet […]

Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Quddiesa ta’ Ringrazzjament Il-Quddiesa ta’ Ringrazzjament fl-okkażjoni tat-tmiem tal-Parrokkat tal-Arċipriet Fr Daniel Cardona se ssir nhar il- Ħadd li ġej, 17 ta’ Ottubru 2021 fis 7.00pm. Kulħadd mistieden. Il-Handover toqrob fi tmiema matul dawn il-ġranet. Għaldaqstant tajjeb tieħdu nota tal-mobile number tal-Arċipriet il-Ġdid, Fr.Albert Buħaġiar, +356 79080506. Kunsill Pastorali Parrokkali Il-Kunsill se jiltaqa’ nhar it-Tnejn, […]

Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa tar-Rużarju Il-Ħadd, 3 ta’ Ottubru, niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju fil-Parroċċa tagħna b’ċelebrazzjoni ta’ Quddiesa konċelebrata Solenni fis-7.00pm segwita bil-Barka Sagramentali. Se jieħu seħem il- Kor parrokkjali. Ruzarju Quddiem Ġesu Sagramentat fix-xahar ta’ Ottubru Matul dan ix-xahar dedikat lill-Madonna tar-Rużarju, ir-Rużarju ser jingħad quddiem Gesu’ sagramentat nofs siegħa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. It-Talba tar-Ruzarju ssir […]

Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa tar-Rużarju Nhar il-Ħadd li ġej niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju fil-Parroċċa tagħna. Bi tħejjija għall-festa, nhar l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa (se jkun hawn tieġ), huma jiem ta’ tridu fil-Quddiesa tas-7.00pm. Il- Ħadd fis-7.00pm ikollna Quddiesa Solenni segwita bil-Barka Sagramentali. Rużarju Quddiem Ġesu Sagramentat fix-xahar ta’ Ottubru Matul dan ix-xahar ir-Rużarju ser jingħad quddiem Ġesu’ sagramentat […]

Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa tad-Duluri Illum qed niċċelebraw il-Festa tad-Duluri fil-parroċċa tagħna. Fis-7.00pm issir Quddiesa Solenni li tintemm bil-barka sagramentali. Inawgurazzjoni tar-Restawr tal-Pedestal tas-Salib Wara l-Quddiesa tal-Ħadd tas-7.00pm se ninawguraw ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq il-Pedestal  tas-Salib li jintuża fil-Purcissjoni tal-Ġimgħa il-Kbira. Ix-xogħol ta’ restawr kemm fl-injam, kif ukoll fl-induratura tad-deheb sar minn Jesmond Bonello. Laqgħat għall-Ġenituri […]

Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Festa tad-Duluri Nhar il-Ħadd li ġej, 19 ta’ Settembru, niċċelebraw il-Festa tad-Duluri fil-parroċċa tagħna. Bi tħejjija għall-festa, se jkollna t-Tridu nhar l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgha, fil-Quddiesa tas-7.00pm. Il-Ħadd, fis-7.00pm, issir Quddiesa Solenni li tintemm bil-barka sagramentali. Ġabra Favur L-Art Imqaddsa Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja se ssir il- ġabra Favur L-Art Imqaddsa. Ngħinu lil dawn […]

Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Il-‘handover’ tal-Arċipretura Il-proċess tal-handover tal-Arċipretura għaddej b’ritmu tajjeb. Minn nhar it-Tnejn kemm Fr Albert Buħaġiar, l-Arċipriet il-ġdid, kif ukoll il-viċi il-ġdid Fr Mario Dimech, se jibdew ikunu fostna biex jibdew jagħtu servizz fil-parroċċa tagħna. Tajjeb li nilqawhom fostna u nitolbu għalihom. Pellegrinaġġ għal Lourdes Il-Pellegrinaġġ imtela’ kollu. Niskużaw ruħna li minħabba postijiet limitati ma stajniex […]

Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Griżma ta’ l-Isqof f’Ottubru 2021 Infakkru lil dawk li ser jagħmlu il-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej huma mitluba li jagħżlu l-parrinu/a. Il-parrini jridu jimlew dikjarazzjoni tal-fidi tagħhom. Dawk it-tfal li huma entitolati li jagħmlu il-Griżma mitluba li jikkonfermaw dan mall- katekisti tagħhom. Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu Infakkru fir-reġistrazzjonijiet tat-tfal li s-sena d-dieħla se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina u […]

Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena ‘B’

Griżma ta’ l-Isqof Il-Griżma tal-Isqof  se tkun iċċelebrata f’dawn il-ġranet: L-ewwel Grupp tas-Subien: 2 ta’ Ottubru fis-7.00pm It-tieni Grupp tas-Subien : 3 ta’Ottubru fid-9.00am Bniet li kienu jmorru l-Azzjoni Kattolika: 3 ta’ Ottubru fil-5.00pm Bniet li kienu jmorru il-Mużew tal-Bniet: 10 ta’ Ottubru fil-5.00pm Il-Kresimandi huma mitluba li jagħżlu l-parrini. Il-parrini jridu jimlew dikjarazzjoni tal-fidi […]