Quddiesa Speċjali għaż-Żgħażagħ Il-Ħadd, 2 ta’ Jannar, ikollna quddiesa b’mod speċjali għaż-żgħażagħ fis-7.00pm fil-Knisja Arċipretali. Nistiednu liż-żgħażagħ kollha tal-parroċċa tagħna sabiex jieħdu sehem. Ġbir għall-karita’ Il-ġabra li saret b’riżq id-Dar tal-Providenza fil-Knisja Arċipretali u fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù laħqet somma sabiħa. L-offerti ta’ flus li ngħataw b’riżq id-dar tat-tfal St. Rita Home, immexxija mis-sorijiet Ursolini, […]
Author: admin
Festa tal-Familja Mqaddsa – Sena Ċ
Kwaranturi Minn nhar l-Erbgħa 29 ta’ Diċembru sal-aħħar tas-sena jkollna l-Kwaranturi fil-Knisja Arċipretali. Fit-8.30am issir l-espożizzjoni solenni tal-Ewkaristija sa nofsinhar. Filgħaxija fil-5.00pm ikun hawn siegħa adorazzjoni fis-skiet u fis-6.00pm tingħad it-talba tal-Għasar. Nhar il-Ġimgħa filgħaxija l-quddies ikun bħas-Sibt, jiġifieri fil-5.00pm u fis-6.30pm, b’din tal-aħħar tkun quddiesa solenni ta’ radd il-ħajr lil Alla fl-għeluq tas-sena. Fiha […]
Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ
Tberik tal-Bambini Il-Ħadd, 19 ta’ Diċembru, fil-quddiesa tal-10.00am se jsir it-tberik tal-Bambini. Inħeġġu l-familji bit-tfal sabiex jattendu. Novena tal-Milied Matul din il-ġimgħa fil-quddiesa ta’ filgħaxija nkomplu bin-Novena tal-Milied u fi tmiem il-quddiesa ssir ċelebrazzjoni qasira tan-Novena li tintemm bil-Barka Sagramentali. Laqgħa tal-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja Nhar it-Tlieta jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.15am fil-kamra ta’ wara ċ-Ċenaklu. […]
It-Tielet Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ
Laqgħa tal-Grupp Padre Pio Nhar it-Tlieta fil-Knisja Arċipretali jkun hawn il-laqgħa tal-Grupp Padre Pio li tibda bil-quddiesa fl-4.30pm. Novena tal-Milied Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u animata minn gruppi u għaqdiet tal-parroċċa. Fi tmiem il-quddiesa ssir ċelebrazzjoni qasira tan-Novena li tintemm bil-Barka Sagramentali. Programm tal-Festi tal-Milied Intom […]
It-Tieni Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ
Laqgħa Kunsill Pastorali Parrokjali Nhar it-Tnejn, 6 ta’ Diċembru jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.00pm. Festa tal-Kunċizzjoni Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Diċembru niċċelebraw is-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Għalkemm mhix festa kmandata, ikun jixraq li nieħdu sehem fil-quddiesa. Dakinhar fis-7.30am u fis-6.00pm se tingħad it-talba tar-Rużarju quddiem Ġesù Sagramentat. Il-quddies fil-Knisja Arċipretali ikun bħal nhar ta’ xogħol. Kunċert […]
L-Ewwel Ħadd tal-Avvent – Sena Ċ
Bidu tal-Avvent Fil-bidu ta’ dan iż-żmien tal-Avvent fil-quddiesa ta’ nhar il-Ħadd fl-10.00am, isir it-tberik tal-girlanda tal-avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda magħhom ħalli titbierek. Intenzjonijiet tal-Quddies Dawk li jixtiequ jiktbu xi quddies għall-qraba tagħhom bejn Jannar u Ġunju tas-sena li ġejja, huma mitluba jidħlu fis-sagristija u jkellmu lis-saċerdoti. Il-prattika fil-parroċċa tagħna hija li fil-quddiesa ta’ […]
Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena ‘B’
Festa Kristu Re Il-Ħadd, 21 ta’ Novembru, niċċelebraw il-Festa ta’ Kristu Re fuq livell djoċesan. Monsinjur Arċisqof se jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ talb li tibda fil-5.00pm, fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Għada (illejla) fl-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ imniedi mill-Papa Franġisku, qed nistiednu b’mod speċjali liż-żgħażagħ għall-quddiesa tas-7.00pm fil-knisja Arċipretali, li se tkun animata b’mod speċjali […]
Tlieta u Tletin Ħadd matul is-Sena ‘B’
Laqgħa Kunsill Pastorali Parrokjali Nhar it-Tnejn jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.00pm. Assemblea Djoċesana Nhar il-Ħamis se ssir l-Assemblea Djoċesana taħt it-tmexxija ta’ Monsinjur Arċisqof. Din l-Assemblea hija parti mill-proċess ta’ tiġdid fl-Arċidjoċesi Knisja Waħda Vjaġġ Wieħed. Nitolbu ħalli din il-laqgħa, bir-rappreżentanza tal-oqsma differenti tal-Knisja f’Malta, tħalli frott fil-ħidma pastorali tal-Knisja. Adorazzjoni Il-Ħamis fis-6.00pm, fil-Knisja Arċipretali […]
Tnejn u tletin Ħadd matul is-Sena ‘B’
Ċerimonja tal-Pussess Il-Ħadd, 8 ta’ Novembru, jkollna l-quddiesa u ċ-ċerimonja tal-pussess, immexxija minn Monsinjur Arċisqof fis-6.00pm. Banda magħmula bis-sehem tat-tliet soċjetajiet mużikali tal-parroċċa se tkun qed tilqa’ lill-Arċipriet fuq iz-zuntier fil-5.30pm u aktar tard lil Monsinjur Arċisqof. Nappellaw sabiex kulħadd jilbes il-maskra u nżommu d-distanza soċjali. Fuq iz-zuntier se jkun hemm xi siġġijiet u screen […]
Wieħed u Tletin Ħadd matul is-Sena ‘B’
Il-Festa tal-Qaddisin u l-Mejtin kollha Nhar it-Tnejn, 1 ta’ Novembru, niċċelebraw il-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha. Fis-6.30 ta’ filgħaxija ssir konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Nhar it-Tlieta 2 ta’ Novembru niċċelebraw it-Tifkira tal-Mejtin Kollha. Dakinhar il-quddies se jkun kull nofs siegħa. Nibdew mis-sitta ta’ filgħodu u l-aħħar quddiesa toħrog fit-8.30am. Fis-6.30 ta’ filgħaxija jkollna quddiesa konċelebrata solenni. […]