Santa Marija It-Tnejn, 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Illum/Għada l-Ħadd, lejlet il-festa filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-7.00pm. Adorazzjoni It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp, għand is-Sorijiet. Ħarġiet kull nhar ta’ Ħamis Qed jiġu […]
Author: admin
Dsatax-il Ħadd matul is-Sena Ċ
Trasport għall-velja ta’ talb – Santwarju Ta’ Pinu (Għawdex) Infakkrukom li se jiġi organizzat trasport għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar il-Ħadd li ġej 14 ta’ Awwissu. It-trasport jitlaq minn ħdejn il-Posta fl-4.30pm. Min jixtieq jattendi u għadu ma nkitibx hu mitlub li jħalli ismu u […]
Tmintax-il Ħadd matul is-Sena Ċ
Festa ta’ San Ġużepp Il-Ħadd fit-8.00am quddiesa solenni bil-paniġierku minn Mons. Joseph Zammit. Ma jkunx hawn il-quddiesa tad-9.00am. Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali. Min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjeż tal-festa ta’ San Ġużepp huwa mitlub jitfa’ l-offerta tiegħu fil-kaxxi […]
Sbatax-il Ħadd matul is-Sena Ċ
Festa ta’ San Ġużepp It-Tnejn fit-7.45pm issir quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier. Wara jsir il-ħruġ tal-vara min-niċċa u l-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġużepp. Il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu ġranet tat-Tridu. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bil-prietka minn Patri Martin Coleiro ofm. Wara l-quddiesa tingħad il-kurunella, jitkantaw l-innu u l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Is-Sibt, l-aħħar Tridu, fis-6.30pm isir […]
Sittax-il Ħadd matul is-Sena Ċ
Adorazzjoni It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet. Il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni fis-6.30pm, fil-Knisja Arċipretali, qabel il-quddiesa, bit-tema tal-Liturġija tal-Ħadd. Attivita’ għat-Tfal Il-Ħamis, 28 ta’ Lulju bħala Parroċċa se nkunu qed norganizzaw attivita’ għat-tfal kollha minn Year 1 sa Year 5 bl-isem ta’ Xibka ta’ Mħabba. L-attivita’, […]
Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena Ċ
Kors ta’ Kana Infakkru lil dawk l-għarajjes li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin li huwa meħtieġ li jagħmlu l-Kors ta’ Kana. Idealment dan il-kors isir sentejn qabel it-tieġ. Fil-parroċċa tagħna l-kors se jibda nhar it-Tlieta, 27 ta’ Settembru, u jkompli matul ix-xahar ta’ Ottubru. Dawk il-koppji li jixtiequ jirreġistraw għall-kors huma mitluba li jiġu fl-Uffiċċju […]
Erbatax-il Ħadd matul is-Sena Ċ
Quddiesa waħda nhar ta’ Ħadd Infakkru li minn dan il-Ħadd filgħaxija jibda jkun hawn quddiesa waħda, dik tas-7.00pm. Ma jkunx hawn il-quddiesa tal-5.30pm. Offerta għall-Papa Il-ġbir li sar il-Ħadd li għadda bħala Offerta għall-Papa laħaq is-somma €1,942. B’din il-ġabra, li ssir mad-dinja kollha fil-Knisja, il-Papa jkun jista’ jifrex il-ħidma tiegħu ta’ karita’ ma’ dawk milqutin […]
It-Tlettax-il Ħadd matul is-Sena Ċ
Festa tal-Visitazzjoni Il-Ħadd, 26 ta’ Ġunju, ser tiġi ċċelebrata l-festa tal-Viżitazzjoni, fil-kappella ta’ Wied Qirda. Ikun hemm quddiesa fis-6.00pm. Il-Kappella tkun miftuħa għall-pubbliku fil-5.00pm. Adorazzjoni Nhar il-Ġimgħa, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn ħin ta’ Adorazzjoni fis-skiet li tagħlaq bil-Barka Sagramentali qabel il-quddiesa tat-8.00am. Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ Il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa tal-Qalb […]
Solennita’ ta’ Corpus Domini – Sena Ċ
Corpus Domini Qegħdin niċċelebraw is-Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus Domini). Filgħaxija (il-Ħadd) fis-6.00pm, issir quddiesa solenni u wara toħroġ il-purċissjoni bl-Ewkaristija li tgħaddi minn Triq il-Parroċċa, Triq San Ġużepp, Triq Sidtna tal-Anġli, Triq il-Kbira u Misraħ San Filep. Inħeġġiġkom biex nieħdu sehem fil-purċissjoni b’qima u b’imħabba lejn Ġesu’ Ewkaristija. Il-Ħadd filgħaxija l-quddiesa tas-7.00pm ma […]
Solennita’ tat-Trinita’ Mqaddsa – Sena Ċ Festa tal-Patrun tagħna San Filep
Festa tal-Patrun tagħna San Filep Qed niċċelebraw il-Festa tal-Patrun tagħna San Filep. Fit-8.00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa, immexxija minn Mons. Frans Bonnici, bil-paniġierku mill-Kanonku Michael Galea. Fil-5.30pm, Għasar bil-quddiesa u fis-7.00pm tibda ħierġa l-Purċissjoni. Imexxi l-Kanonku Jesmond Grech. Il-purċissjoni tidħol lura fil-Knisja fl-10.30pm. Laqgħa Padre Pio It-Tlieta, 14 ta’ Ġunju fl-4.30pm, ikun imiss laqgħa […]