Quddiesa fis-Sala Parrokkjali Minħabba li fid-9.30am se jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Griżma, fl-10.00am se ssir quddiesa fis-Sala Parrokkjali (Domus). Laqgħa Grupp Padre Pio Nhar it-Tlieta, 11 ta’ Ottubru, jmiss il-laqgħa l-Grupp ta’ Padre Pio. Il-laqgħa tibda fl-4.30pm u tkun tinkludi l-quddiesa. Imexxi l-laqgħa Fr Philip Cutajar. Katekiżmu It-tagħlim tal-katekiżmu għall-bniet fiċ-Ċentru tad-Duttrina tal-Azzjoni Kattolika u fil-Museum […]
Author: admin
Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ
Tberik ta’ l-Annimali Il-Ħadd filgħodu, 2 ta’ Ottubru, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Franġisk u Jum il-Ħolqien, qed nistiednu lit-tfal biex iġibu l-pets u l-annimali tagħhom biex jitbierku fil-quddiesa tal-10.00am li se tkun iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja. Qed nistiednu lit-tfal biex iġibu magħhom ikel tal-annimali biex dan jingħata lill-għaqdiet li jgħinu annimali abbandunati. Festa tal-Madonna tar-Rużarju […]
Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ
Festa Madonna tal-Grazzja Il-Ħadd, 25 ta’ Settembru, niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-knisja dedikata lilha. Ikun hemm quddies fis-7.00 u t-8.00 ta’ filgħodu. Fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni tal-festa li tagħlaq bl-Antifona u l-Barka Sagramentali. Laqgħat Azzjoni Kattolika Minn nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Settembru, jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-Nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-laqgħat ikunu kull nhar ta’ […]
Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ
Festa ta’ Marija Addolorata Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ Marija Addolorata. Għada (illejla) fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni minn Patri Reno Muscat op. Wara toħroġ il-purċissjoni akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju li se tgħaddi minn Misraħ San Filep, Triq Sciortino, Triq Frans Sammut u Triq il-Kbira. Ma jkunx hawn il-quddiesa tas-7.00pm. Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta fid-9.30am jiltaqa’ l-Grupp […]
Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ
Reġistrazzjoin tat-Tfal għal katekiżmu Matul din il-ġimgħa tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna minn Ottubru li ġej huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali. Laqgħat Grupp Padre Pio Nhar it-Tlieta, 13 ta’ Settembru, jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Grupp ta’ Padre Pio. Il-laqgħa […]
Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ
Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu Ir-reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna miftuħa. Il-ġenituri/kustodji tat-tfal li se jibdew jattendu għall-ewwel darba f’wieħed miċ-ċentri tal-katekiżmu fil-parroċċa tagħna minn Ottubru li ġej huma mitluba li jirreġistraw lit-tfal tagħhom. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali, mis-Sagristija, miċ-ċentri tal-katekiżmu, kif ukoll minn fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa tagħna. Il-ġenituri tat-tfal li uliedhom diġa’ kienu jattendu f’wieħed miċ-ċentri […]
Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ
Attivita’ għat-Tfal Nhar il-Ħamis ikollna l-attivita’ għat-tfal kollha minn Year 1 sa Year 5 bl-isem ta’ Darna d-Dinja. L-attivita’, li se tinkludi quddiesa, krafts u logħob, se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija. Parrinu/a għal Griżma tal-Isqof Nerġgħu nfakkru dwar l-għażla tal-parrinu jew […]
Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ
Attivita’ għat-Tfal Nhar il-Ħamis 1 ta’ Settembru bħala parroċċa se nkunu qed norganizzaw attivita’ oħra għat-tfal kollha minn Year 1 sa Year 5 bl-isem ta’ Darna d-Dinja. L-attivita’, li se tinkludi quddiesa, krafts u logħob, se ssir fiċ-Ċentru Ta’ Warda mill-5.30pm sas-7.30pm. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jattendu huma mitluba li jinkitbu fis-sagristija. Griżma […]
Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ
Santa Marija It-Tnejn, 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-solennità ta’ Marija Assunta. Din hija festa kmandata u l-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Illum/Għada l-Ħadd, lejlet il-festa filgħaxija, ikun hawn quddiesa waħda fis-7.00pm. Adorazzjoni It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp, għand is-Sorijiet. Ħarġiet kull nhar ta’ Ħamis Qed jiġu […]
Dsatax-il Ħadd matul is-Sena Ċ
Trasport għall-velja ta’ talb – Santwarju Ta’ Pinu (Għawdex) Infakkrukom li se jiġi organizzat trasport għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar il-Ħadd li ġej 14 ta’ Awwissu. It-trasport jitlaq minn ħdejn il-Posta fl-4.30pm. Min jixtieq jattendi u għadu ma nkitibx hu mitlub li jħalli ismu u […]