Author: admin

Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Sena A

Bake Sale b’risq il-missjoni fl-Albanija Il-Ħadd, 21 ta’ Mejju, ser isir Bake Sale (bejgħ ta’ kejkijiet u ħelu) fuq iz-zuntier b’risq il-missjoni li grupp ta’ żgħażagħ mill-parroċċa tagħna se jagħmel ġewwa l-Albanija. Fl-istess ħin għaddej ukoll Bazaar fiċ-Ċentru Ta’ Warda għall-istess għan. Ħaġa sabiħa li ngħinu f’din l-inizjattiva. Pellegrinaġġ għall-Kappella tal-Viżitazzjoni Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju, il-Leġjun […]

Is-Sitt Ħadd tal-Għid – Sena A

Jum l-Omm Qegħdin niċċelebraw Jum l-Omm. Il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Infakkru li ċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù jkun miftuħ mis-7.00am sat-3.30pm. Adorazzjoni It-Tlieta 16 ta’ Mejju, fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet. Ħarġa għas-Seminarju Il-Ħamis 18 ta’ Mejju filgħodu, se ssir ħarġa li […]

Il-Ħames Ħadd tal-Għid – Sena A

Laqgħa Grupp Padre Pio It-Tlieta 9 ta’ Mejju fl-4.30pm jiltaqa’ l-Grupp ta’ Padre Pio. Il-laqgħa tkun bil-quddiesa. Festa San Ġorġ Preca It-Tlieta wkoll niċċelebraw il-festa ta’ San Ġorġ Preca. Fis-6.15pm nibdew b’feature dwar il-qaddis u wara tkompli l-quddiesa animata mis-Soċjetà tal-MUSEUM. Inawgurazzjoni Kwadru tal-Erwieħ L-Erbgħa 10 ta’ Mejju wara l-quddiesa ta’ filgħaxija issir l-inawgurazzjoni tal-Kwadru […]

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – Sena A

Jum il-Vokazzjonijiet Il-Ħadd, 30 ta’ April, il-Knisja Universali tiċċelebra Jum il-Vokazzjonjijiet. Huwa dmir tagħna li nitolbu biex is-sejħa li l-Mulej jagħmel lil xi wħud għas-saċerdozju tkun milqugħa. Ġabra f’Jum il-Karità Id-Djoċesi ta’ Malta qed tiċċelebra Jum il-Karità. Għaldaqstant il-ġbir kollu li jsir fil-quddies ikun l-offerta tagħna biex ngħinu diversi ħidmiet u inizjattivi ta’ karità li […]

It-Tielet Ħadd tal-Għid – Sena A

Attivita’ għat-Tfal Nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Ħamis (24, 25 u 27 ta’ April) se ssir attività fil-Knisja Arċipretali għat-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Il-ħin ikun fil-5.30pm. Inħeġġu lill-ġenituri biex iġibu lil uliedhom fil-ġurnata indikata lilhom miċ-Ċentru fejn jattendu d-duttrina. Jum il-Karita’ Nhar il-Ħadd li ġej id-Djoċesi ta’ Malta tiċċelebra Jum il-Karità. Għaldaqstant il-ġbir kollu […]

It-Tieni Ħadd tal-Għid – Sena A

Festa tal-Ħniena Divina Qegħdin nagħmlu l-festa tal-Ħniena Divina. Fil-5.30pm ikun hawn il-quddiesa u wara tkompli l-Adorazzjoni bil-Kurunella u t-talba tal-Ħniena Divina u barka Sagramentali. Fil-kappella tal-Lunzjata fi Triq il-Kbira qed issir il-festa. (Is-Sibt u l-Ħadd filgħaxija) Ikun hemm Rużarju fis-6.30pm u quddiesa fis-7.00pm. Adorazzjoni Nhar it-Tlieta 18 ta’ April fl-10.00am issir l-adorazzjoni fil-kappella ta’ San […]

Ħadd il-Għid – Sena A

Ħadd il-Għid Fid-9.00am toħroġ il-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Fid-9.30am ikollna quddiesa speċjali tal-Għid għat-tfal u l-familji. F’nofsinhar isir it-tberik tal-figolli fuq iz-zuntier. Żjara Dar tal-Kleru Nhar it-Tlieta 11 ta’ April, filgħodu se ssir żjara għad-Dar tal-Kleru. It-trasport jitlaq fid-9.00am minn ħdejn l-iskola. Min jixtieq jattendi jkellem lil Carmen Cilia. Laqgħa Padre Pio Nhar it-Tlieta 11 […]

Ħadd il-Palm – Sena A

Ġimgħa Mqaddsa Qegħdin nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa bit-tifkira solenni tad-Daħla ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm. Għada (illum) fid-9.00am issir iċ-ċerimonja tat-tberik taż-żebbuġ f’Misraħ l-Isptar u wara ssir purċissjoni sal-Knisja fejn tkompli l-quddiesa.   Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa għal din il-ġimgħa Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju L-Azzjoni Kattolika, permezz tas-Segretarjat Assistenza Soċjali, matul dawn il-ġranet torganizza Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Inħeġġukom biex […]

Il-Ħames Ħadd tar-Randan – Sena A

Ħin tas-Sajf Infakkru li l-ħinijiet tal-quddies se jibqgħu kif inhuma u ma jkunx hemm tibdil. Via Sagra għat-Tfal It-Tnejn u t-Tlieta, 27 u 28 ta’ Marzu, se tiġi organizzata Via Sagra għat-tfal fil-5.30pm fil-Knisja Arċipretali. It-tfal jattendu fil-ġurnata li ġiet indikata lilhom miċ-Ċentri tal-Katekiżmu.  Via Matris Nhar l-Erbgħa fis-6.00pm ikun hawn meditazzjoni fuq id-Duluri tal-Madonna […]

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan – Sena A

Solennita’ San Ġużepp It-Tnejn 20 ta’ Marzu niċċelebraw is-Solennità ta’ San Ġużepp. Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa kantata u wara ssir il-professjoni tal-fratelli l-ġodda. Dawk li huma diġà miktuba fil-fratellanza huma mħeġġa li jissieħbu għal din il-quddiesa mal-fratelli l-ġodda. Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp It-Tlieta 21 ta’ Marzu, fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp […]