Adorazzjoni Il-Ħamis, 2 ta’ Marzu, ikun hawn l-adorazzjoni fis-6.00pm b’tema marbuta ma’ dan iż-żmien tar-Randan, animata mill-Kummissjoni Liturġija. Il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, minn wara l-quddiesa tas-7.00am sa qabel il-quddiesa tat-8.00am, ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija li jintemm bil-barka sagramentali. L-Ewwel Qrara Nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu fid-9.00am, […]
Author: admin
Is-Sitt Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta 21 ta’ Frar jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fis-sala tas-Sorijiet fid-9.30am. Fl-10.00am ikun hemm adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġużepp animata mis-Superjur Joe Fenech. Ras ir-Randan L-Erbgħa 22 ta’ Frar nagħtu bidu għaż-żmien tar-Randan. Fil-quddies kollu ssir iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6.00pm jibda pellegrinaġġ bis-Salib u wara ssir quddiesa konċelebrata. Infakkar li nhar […]
Is-Sitt Ħadd matul is-Sena A
Bake Sale b’risq il-Missjoni F’dan il-weekend fuq iz-zuntier qed isir Bake Sale b’risq il-missjoni li se jagħmlu grupp ta’ ħmistax-il żagħżugħ u żagħżugħa mill-parroċċa tagħna, flimkien ma’ Fr Mario Dimech, ġewwa Durres, l-Albanija, fis-sajf li ġej. Huma se jkunu qed jgħinu lill-Patrijiet Dumnikani Maltin fi proġetti edukattivi u soċjali. Ħaġa sabiħa li ngħinuhom f’din l-inizjattiva. Laqgħa […]
Il-Ħames Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa għall-ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-Griżma It-Tlieta 7 ta’ Frar se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Griżma f’Ottubru li ġej. Il-laqgħa se ssir fis-Sala Parrokkjali (fid-Domus) fis-7.00pm. Festa ta’ San Pawl Il-Ġimgħa 10 ta’ Frar niċċelebraw il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Jixraq li nqaddsu din il-ġurnata speċjali għalina l-Maltin billi nieħdu sehem […]
Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa għall-Ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina Nhar it-Tlieta, 31 ta’ Jannar, se ssir laqgħa oħra għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina f’Mejju li ġej. Il-laqgħa se ssir fis-Sala Parrokkjali (id-Domus), fis-7.00pm. Importanti li l-ġenituri jattendu. Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej – Kandlora Nhar il-Ħamis 2 ta’ Frar nagħmlu l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, magħrufa bħala l-Kandlora. […]
It-Tielet Ħadd matul is-Sena A
Laqgħa għall-koppji miżżewġgin Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Familja se torganizza laqgħa oħra għall-koppji miżżewġin fis-6.45pm fis-Sala tas-Sorijiet (taħt l-Uffiċċju Parrokkjali). In-Nutar Philip Ellul se jagħti taħdita dwar San Ġużepp u l-virtujiet tiegħu. Nitolbu għal ħutna Grace Tanti u Doris Chircop, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
It-Tieni Ħadd matul is-Sena A
Ġingħa ta’ Talb għall-għaqda fost il-Knejjes Minn nhar l-Erbgħa 18 sal-25 ta’ Jannar tibda l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost il-Knejjes Insara mad-dinja kollha. L-Adorazzjoni tal-Ħamis li ssir fil-Knisja Arċipretali fis-6.00pm tkun bl-intenzjoni biex il-knejjes insara differenti jkunu dejjem iżjed ħaġa waħda bejniethom. Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar se jsir Servizz Ekumeniku fil-Knisja ta’ San Nikola […]
Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej – Sena A
Quddiesa Speċjali għaż-Żgħażagħ Il-Ħadd 8 ta’ Jannar ikollna quddiesa b’mod speċjali għaż-żgħażagħ fis-7.00pm fil-Knisja Arċipretali. Nistiednu liż-żgħażagħ tal-parroċċa tagħna sabiex jieħdu sehem. Laqgħa Kunsill Patorali Parrokjali Nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-6.30pm fis-Sala taħt l-Uffiċċju Parrokkjali. Laqgħa Grupp Padre Pio It-Tlieta 10 ta’ Jannar fil-Knisja Arċipretali jiltaqa’ l-Grupp ta’ Padre Pio. […]
Solennita’ ta’ Marija Omm Alla – Sena A
Adorazzjoni Nhar il-Ħamis li ġej, 5 ta’ Jannar, lejlet l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, ikollna adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat fis-6.00pm qabel il-quddiesa. Il-Ġimgħa, wara l-quddiesa tas-7.00am, ikollna adorazzjoni fis-skiet sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Festa tal-Epifanija Nhar il-Ħadd li ġej, 8 ta’ Jannar, niċċelebraw il-Festa tal-Epifanija. Dakinhar se niċċelebraw il-wasla tal-Maġi qabel il-quddiesa tad-9.30am. Qed nistiednu lill-familji bit-tfal […]
It-Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu – Sena A
Kwaranturi Minn nhar il-Ħamis 29 ta’ Diċembru sal-aħħar tas-sena jkollna l-Kwaranturi fil-Knisja Arċipretali. Fit-8.30am issir l-espożizzjoni solenni tal-Ewkaristija sa nofsinhar. Filgħaxija fl-4.30pm ikun hawn siegħa adorazzjoni fis-skiet u fis-6.00pm tingħad it-talba tal-Għasar. Fis-Sagristija hemm timetable tal-ħinijiet biex min jixtieq joffri nofs siegħa adorazzjoni fil-ħinijiet tal-adorazzjoni jinkiteb. Quddies ta’ l-aħħar tas-Sena Nhar is-Sibt, 31 ta’ Diċembru […]